“Aħfru u ssibu l-maħfra”

(Dan 9:4b-10; S 78; Lq 6:36-38)

Cyrus the Great (575-530 BC)

Cyrus the Great (575-530 BC)

L-ewwel qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Danjel, jeħodna lura għaż-żmien li fih il-poplu Lhudi kien jinsab fl-eżilju fil-Babilonja. Ninsabu xi mkien bejn is-sena 536 u 529 q.K. waqt ir-renju tar-Re Ċiru. Jidher li l-poplu kien irnexxielu jżomm moħbi f’ġarra tal-fuħħar skroll bil-kitba tal-Profeta Ġeremija, fi żmien meta kienu pprojbiti jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom. Għajnejn il-Profeta Danjel jaqgħu fuq Ġer 25:12, “U jiġri, mbagħad, li malli jintemmu s-sebgħin sena, jien nikkastiga għal dnubhom is-sultan u l-poplu ta’ Babilonja, oraklu tal-Mulej, u l-art tal-Kaldin, u nagħmel minnha tħarbit għal dejjem.”

mahfra

“Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati”.

Mis-sena 606 q.K., meta l-poplu Lhudi kien meħud fl-eżilju, is-sebgħin sena kienu kważi għaddew, u allura fit-talba li naqraw illum mid-disa’ kapitlu, toħroġ ċara t-tama sħiħa tal-Profeta li jixtieq li jgħaddi lill-poplu, iżda mhux qabel jistqarr f’isem il-poplu li “aħna dnibna, ġibna ruħna ħażin, għamilna d-deni, qomna kontra tiegħek, tbegħedna mill-kmandamenti u l-ġudizzji tiegħek.” Il-poplu Lhudi, fil-kliem tal-Profeta, jitlob mingħand “Alla Sidna l-ħniena u l-maħfra” għaliex ma kinux taw widen għall-Mulej meta sejħilhom biex jimxu skont il-liġijiet li hu qegħdilhom quddiemhom. Ġesù wkoll, fl-Evanġelju tal-lum, iwissi lid-dixxipli tiegħu li l-mod kif se jsibu l-maħfra mingħand Alla l-Missier huwa billi jaħfru. U dan għaliex huwa stess jinżel inaddaf is-saqajn tat-Tnax mill-ħmieġ li dawn iġorru. Nistgħu nsibu ħniena mingħand Alla billi aħna stess nkunu strumenti ta’ paċi fost il-Poplu t’Alla, billi aħna stess noħorġu mill-qoxra tagħna – konda, egoista, u magħluqa – biex niltaqgħu mal-proxxmu f’dak li l-aktar jeħtieġ, jiġifieri l-imħabba ta’ Alla li turi ruħha fl-uċuh konkreti li nħabbtu wiċċna magħhom ta’ kuljum.

“Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati”. Is-sawm veru li nagħmlu fir-Randan għandu jwassalna milli nitilqu l-bniedem tal-laħam warajna biex nilbsu iżjed il-bniedem spiritwali li jħenn u għandu kompassjoni lejn kollha kemm huma ħutu l-bnedmin minflok (pre)ġudizzju jew rabja.

One Comment to "“Aħfru u ssibu l-maħfra”"

  • Zaren
    02/03/2015 at 8:19 pm

    Ahna iinsibuha bi tqila li nahfru imma rridu li Alla il Missier taghna jahfrilna naghmlu x’naghmlu.kemm ahna ngrati u tosti. K emm hu sabih li nighdu Mulej ahfrilna dnubietna bhal ma nahfru lill min hu hati ghalina.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook