Stedina biex niehdu sehem fic-celebrazzjonijiet religjuzi fil-festa tal-Karmnu fl-Imdina.
10 ta’ Lulju 2014: Ftuħ tan-Novena bi tħejjija għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina.
6.30 am Rużarju
6.45 am Tifħir ta’ Sbiħ-il Jum
7.00 am Quddiesa
5.00 pm Rużarju
5.30 pm Quddiesa tan-Novena
Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
Barka Sagramentali
Flos Carmeli
Innu popolari tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina
Talba lill-Madonna tal-Karmnu
Verġni Omm Alla, li taħt is-salib ilqajt minn fomm Ibnek il-missjoni li tkun Ommna, itfa’ ħarsa ta’ mħabba fuqi li nersaq lejk kollni fiduċja. Inti li f’Betlehem fisqejt lit-Tarbija li tajt lid-dinja, ħares lejja mlibbes bil-Labtu tiegħek, u bit-talb tiegħek aqlagħli mingħand il-Missier il-qawwa tal- Ispirtu s-Santu biex inkompli nimpenja ruħi li ninża’ l-bniedem il-qadim u nilbes il-bniedem il-ġdid, imsawwar fuq Kristu. Inti li kont taħsibha kif jaħsibha Kristu Ġesù, libbisni l-virtujiet tiegħek: fidi sħiħa, tama qawwija, imħabba ħerqana, rabta mar-rieda ta’ Alla u telqa f’idejh, safa tal-qalb u qawwa fit-tiġrib, ħajja sempliċi u spirtu ta’ qadi. Libbisni lil Ġesù. Inti li lqajt il-Kelma ta’ Alla, żammejtha f’qalbek u ħallejtha tkun dawl għal riġlejk, inti u tfittex ir-rieda ta’ Alla fiċ-ċirkustanzi tal-ħajja, sawwar fija qalb li taf tisma’ u ruħ li taf titlob. Inti li mxejt pass pass ma’ Ġesù huwa u jikber, u bqajt tiġri warajh meta telaq minn darek u sa fuq il-Golgota, kun għalija omm u għalliema, u imxi miegħi tul it-telgħa mwiegħra lejn Alla sa ma nasal li ningħaqad miegħu għal dejjem. Hekk ikun.
Go Ahead, Leave A Comment