Waħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGIl-qima lejn San Ġużepp, fil-Karmelu tidher mhux biss fil-kult liturġiku imma wkoll f’xi devozzjonijiet partikulari marbutin ma’ dan il-qaddis u li se nsemmuhom hawnhekk. A. F’kull kunvent Karmelitan, ġeneralment, malli tidħol, għandek issib ħdejn il-bieb xbieha ta’ San Ġużepp iħares id-dar u l-familja reliġjuża ta’ Marija. B. Ir-Ritwal Karmelitan imbagħad kien fih ir-rit tat-tberik tal-kuruna […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet sbieħ Karmelitani hija dik lejn il-Volto Sant, jew il-Wiċċ Imqaddes. Din id-devozzjoni xterdet bħan-nar mad-dinja kollha fis-seklu 19 hekk li l-Papa Piju XII nhar is-17 ta’ April 1958 approva l-festa liturġika tal-Wiċċ Imqaddes u għaniha b’testi liturġiċi proprji biex tiġi ċċelebrata it-Tlieta ta’ qabel Ras ir-Randan, li tradizzjonalment huwa l-jum li fih issir […]
CONTINUE READINGWaħda mil-leġgendi jew fjuretti Karmelitani taż-żminijiet tan-Nofs tgħid li l-Familja Mqaddsa ta’ ġesù, Marija u ġużeppi, kienet titla’ fuq l-Għolja tal-Karmelu, mir-raħal viċin ta’ Nażaret, biex jiltaqgħu ma’ l-eremiti, ulied il-Profeta Elija, li kienu jgħixu “qrib l-għajn tal-Profeta”. Din il-leġġenda ħelwa trid turi l-verità profonda tar-rabta spiritwali tal-Karmelitani mal-Familja Mqaddsa. Fil-fatt fil-Karmelu insibu mħabba speċjali […]
CONTINUE READING