Feb 17th

Waħda mid-devozzjonijiet sbieħ Karmelitani hija dik lejn il-Volto Sant, jew il-Wiċċ Imqaddes. Din id-devozzjoni xterdet bħan-nar mad-dinja kollha fis-seklu 19 hekk li l-Papa Piju XII nhar is-17 ta’ April 1958 approva l-festa liturġika tal-Wiċċ Imqaddes u għaniha b’testi liturġiċi proprji biex tiġi ċċelebrata it-Tlieta ta’ qabel Ras ir-Randan, li tradizzjonalment huwa l-jum li fih issir it-tħejjija għar-Randan permezz ta’ qrara ġenerali.

WiccL-għeruq ta’ din id-devozzjoni insibuhom fil-kariżma kontemplattiv u mistiku tal-Karmelu, li huwa msejjaħ biex ifittex il-Wiċċ ta’ Alla kontinwament. Din it-tfittxija toħroġ mix-xewqa qawwija li wieħed jara lil Alla wiċċ imb’wiċċ u timplika allura familjarità u intimità kbira u profonda ma’ Alla. Il-Ħajja Karmelitana ssib is-sens tagħha proprju filli wieħed jirrikonoxxi li hemm miżrugħa fil-qalba ta’ ruħu din ix-xewqa għal Alla u jiddeċiedi li jidħol fi vjaġġ interjuri biex isib il-Maħbub kif insibu fis-Salmi: “ruħi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jiena” u “jien wiċċek infittex Mulej, la taħbix wiċċek minni”. Jekk aħna nfittxu l-wiċċ ta’ Alla, daqstant ieħor Alla jfittex il-wiċċ tagħna, kif jgħid il-Maħbub lill-maħbuba fl-Għanja tal-Għanjiet: “urini wiċċek maħbuba tiegħi”

Il-beatu Titu Brandsma jgħid hekk fuq din id-dimensjoni kontemplattiva u mistika tat-tfittix tal-Wiċċ ta’ Alla:

 “Ispirati mill-kliem tal-Profeta Elija “ħaj il-Mulej li quddiemu jiena qiegħed” il-Karmelu jagħti mportanza kbira lill-prattika tal-preżenza ta’ Alla. Din il-prattika hija mezz effikaċi sabiex wieħed jgħix ma’ Alla u “jaħseb lejl u nhar fuq il-liġi tiegħu” kif titlob minnha r-Regula. Id-devozzjoni lejn il-Wiċċ Imqaddes hija waħda mill-forom oriġinali tat-talb u l-attenzjoni ta’ kuljum tal-Karmelitani quddiem il-ħarsa ta’ Alla. Din il-prattika tidher ukoll fid-drawwa tax-xbihat tal-Wiċċ Imqaddes fil-knejjes ta Karmelitani ta’ Mayence u Frankfurt fuq le Main impittra fuq il-ħnejja tas-santwarju mdawwra b’testi fuq il-preżenza ta’ Alla.”

Wicc (2)

“Man of Sorrows” – Susan Waitt

Il-mistiċi kollha Karmelitani kif ukoll lawturi spiritwali jitkellmu fuq din id-dimensjoni tat-tfittix tal-Wiċċ ta’ Alla u l-għixien fil-preżenza tiegħu. Fosthom insemmu, l-ktieb De Institutione, lil Ġwanni Soreth, lil Santa Tereża, San Ġwann tas-Salib, Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Fra Lawrenz, Mikiel ta’ Santu Wistin, u iktar qribna Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ li permezz tagħha kompliet tinxtered id-devozzjoni lejn il-Volto Sant. Il-Beatu Titu Brandsma jinnota wkoll li fil-kunventi u l-knejjes Karmelitani nsibu wkoll li x-xbihat tal-Wiċċ ta’ Kristu huma komuni u popolari ħafna.

Fis-seklu 19, wara l-esperjenzi mistiċi tal-Karmelitana Swor  Marija ta’ San Pietru fl-1844 u t-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Volto Sant minn Leo Dupont, din id-devozzjoni ħadet il-forma ta’ mezz ta’ riparazzjoni għall-offiżi li jsiru lill-Wiċċ Imqaddes. Santa Tereżina xorbot din id-devozzjoni mid-dar tagħha u meta daħlet fil-Karmelu, reġgħet skopriet id-dimensjoni oriġinali ta’ din id-devozzjoni l-ewwel u qabel kollox bħala tiftix tal-Wiċċ ta’ Kristu moħbi fil-ħajja tagħna u li nkunu bħalu moħbija f’Alla bħalma Wiċċu Mqaddes inħeba taħt il-velu li jgħattih minnha lkoll. Id-dimensjoni kontemplattiva ta’ din id-devozzjoni tgħallimna nistabru fl-esperjenza tal-assenza u s-skiet ta’ Alla f’ħajjitna waqt li nistennew bil-ħerqa d-dehra ta’ Wiċċu għal dejjem.

Wicc (3)Fil-Karmnu tal-Mdina, fil-kappella tal-Kurċifiss, imsejħa l-Kappella tar-Rocca insibu sewwasew anġlu fl-arkata tal-altar, nieżel mis-sema jippreżentalna l-Wiċċ ta’ Kristu fuq il-velu tal-Veronika. Fil-kor tal-Knisja nsibu wkoll kopja tal-vera effigies tal-Volto Sant li tinsab fil-Bażilika tal-Vatikan, kif ukoll fil-kunvent żewġ kwadri oħra tal-Wiċċ Imqaddes, wieħed minnhom pittura moderna intitolata Man of Sorrows ispirata mill-Volto Sant ta’ Manoppello.

It-Tlieta ta’ qabel Ras ir-Randan issir fil-knisja tagħna l-festa tal-Wiċċ Imqaddes. Għal min jixtieq, għandna jsib ukoll domni tal-Volto Sant li jitqassmu b’xejn.

3 Comments to "Id-Devozzjoni lejn il-Wiċċ Imqaddes fil-Karmelu"

  • Zaren
    17/02/2015 at 10:08 pm

    Gesu tini grazzja li nara il wiccek wara din il hajja sabiex ikolli ix xorti nirringrazzjak wicc inbwicc ta dak kollu li bi Hniena Divina u Mhabba bla qies ghamilt ghalija ghal ta madwari u ghad dinja kollha.

  • Yvette Agius
    22/02/2018 at 3:16 pm

    Kif nista nikseb din is santa pls, kelli wahda u tliftha bil -litanija tal Wicc Imqaddes ta Gesu

    Grazzi

  • Joseph
    07/03/2019 at 10:37 am

    Bongu
    Min fejn nakwista altar taghrif u talb fuq I’ll wicc imqaddes
    Grazzi
    Bezzjoni

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook