Waslet kunsinna ta’ Labtijiet tal-Madonna tal-Karmnu maħdumin fit-talb u b’devozzjoni mis-Sra Nina Fardell. Nirringrazzjaw lilha, lis-Sra Anna Galea u lis-Sra Georgina Linwood kif ukoll lil Bibas tal-għajnuna biex setgħu jerġgħu jibdew jinħadmu f’Malta f’numri kbar li jlaħħqu mal-ammont ta’ talbiet li jkollna. Infakkru lil kulħadd li l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu jingħata permezz tal-kitba fil-Labtu tal-Karmnu b’rit […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGIl-liturġija u d-devozzjoni popolari tiddedika x-xahar ta’ Novembru għat-tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Novembru jiftaħ bil-festa tal-Qaddisin Kollha u bl-Għid tal-Imwiet u jagħlaq bil-festa ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu li għad jiġi fl-aħħar taż-żmien Imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. Aħna nemmnu li wara l-mewt tagħna ngħaddu mill-ġudizzju dwar ħajjitna fuq din l-art. Ġesù jgħallimna li se nkunu […]
CONTINUE READING