QARI TAL-JUM

Iż 1, 10.16-20
Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23
Mt 23, 1-12

OMELIJA

Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu jilqa’ għandu lill-messaġġiera ta’ Alla u jħarishom mill-istupru tal-folla. Fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum Iżaija jerfa’ leħnu lejn il-prinċpijiet ta’ Sodoma u n-nies Gomorra u jwissihom biex iwarrbu l-ħażen u jiidefendu lill-iltim u jaqbżu għall-armla għax inkella taqa’ x-xabla fuqhom. Il-Profeta Eżekjel ukoll “dan kien il-ħażen ta’ oħtok Sodoma: kburija, xaba’ ta’ ħobż u sliem bla ħsieb kellha hi u wliedha, id il-fqir u l-miskin ma weżnitx, u tkabbru u tagħmlu egħmil mistkerrah quddiemi, u warrabthom”. It-tbaħrid flimkien mat-tkasbir tal-messaġġiera ta’ Alla u l-opzjoni preferenzjali tiegħu għall-fqar huma għemil tassew mistkerraħ quddiem Alla, dnubiet li ma jibqgħux bla kastig (Lk 17:28-29; Mt 10: 14-15).

Fl-Evanġelju wkoll, illum Ġesù jwissi kontra dawn id-dnubiet li ssibhom f’min “jitkabbar” u jintrefa’ fuq l-oħrajn u ijassarhom bil-“piżijiet” li wieħed ma jiflaħx jerfgħahom. Il-kelma ta’ Ġesù għaldaqstant hija twissija kemm għal min għandu xi awtorità fost il-poplu ta’ Alla, biex dan jew din ma’ jingħatax għall-ħajja laxka u ma jmurx ijassar bl-awtorità tiegħu, kif ukoll hija kelma għall-bqija tal-poplu ta’ Alla li ma għandux skuża li ma jilqax lil Alla minħabba mġieba ħażina ta’ min qiegħed fuqu. Ġesù fl-Evanġelju jimbuttana biex nilqgħu lil Alla b’Missier , Mgħallem u b’Mexxej tagħna sabiex dejjem nibqgħu fi triqtu u minnu “nitgħallmu nagħmlu t-tajjeb u nfittxu d-dritt”

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook