QARI TAL-JUM

Dan 9, 4b-10
Salm 78 (79), 8.9.11 u 13
Lq 6, 36-38

OMELIJA

F’din id-dinja fejn l-opinjoni u l-għażliet ta’ kulħadd huma mogħtijin spazju u vvalorizzati, u hekk għandu jkun, il-kliem ta’ Ġesù “tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati” jista’ jinftihem ħażin għax bħal donnu jinftihem li ma hemmx kriterju li biha għandna nevalwaw it-tajjeb mill-ħażin, jew għażla minn oħra. Eżatt wara din l-espressjoni, ftit versi l-isfel (39-49) Ġesù jwissi lid-dixxipli tiegħu joqgħodu attenti sabiex l-ewwelnett ma jagħmluhiex tal-għorrief jew tal-qaddisin mexjin fl-art u jiżżattu jippruvaw jibdlu lil ħaddieħor waqt li huma għomja bħal ħaddieħor (Ġesù hawnhekk jagħti t-titlu ta’ “ipokrita”), imbagħad li jgħarfu s-siġar –tajbin jew ħżiena – mill-frott tagħhom, u fl-aħħarnett biex ma jkunux wiċċ b’ieħor isejħulu Mulej u jagħmlu l-oppost! Mela Ġesù llum qed isejħilna biex l-ewwelnett nippuntaw subgħajna lejna nfusna u naraw kemm hu l-kejl tagħna, jew xi nsarrfu! imbagħad meta l-kejl tagħna jkun kif għandu jkun inkunu nistgħu inkejlu, jew niżnu, jew ngħaddu ġudizzju dwar dak li huwa tassew tajjeb u ħażin, mill-frott li kull siġra tħalli.

Ejjew dar-Randan nevitaw il-periklu li naħsbu li l-Kelma ta’ Alla qegħdha hemm għall-oħrajn (kif wissewna l-Isqfijiet tagħna fil-Pastorali tar-Randan 2017) flok napplikawha l-ewwel għalina. Huwa biss meta aħna mgħarbulin mill-Kelma, li bħal sejf tinfdilna qalbna, inkunu nistgħu tassew bħal Alla nħarsu fuq il-bnedmin bil-ħniena li tifdi.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook