Mar 17th

Trid tfieq?

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Podcasts, Reflections & Sermons

Fil-ġrajja tal-magħtub imfejjaq minn Ġesù taħt il-ħames portiċi biswit jew il-vaska ta’ Betesda turina li Alla kull ma jixtieq minna hija r-rieda, ir-rieda li ninbidlu u nqumu mill-qagħda li ninsabu fiha.

Il-magħtub kien biswit din il-vaska li bi tradizzjoni u twemmin popolari kienu jemmnu li darba kultant jinżel anġlu fiha u jċaqlaq l-ilma qiegħed. Min jintefa’ fiha l-ewwel waqt li l-ilma jiċċaqlaq, isib il-fejqan. Hemmhekk kienu jinġabru l-morda għassa fuq iċ-ċaqlieq tal-ilma bit-tama li tmisshom ix-xoTrid tfieqrti jintefgħu fiha u jfiequ. Ġesù jiltaqa’ ma’ dan il-magħtub u tiġri xi ħaġa mhix tas-soltu: mhux il-magħtub jitlob lil Ġesù jfejjqu u jkollu ħniena minnu, imma Ġesù jistaqsih iridx ifieq.

Betesda tfisser : “Dar il-ħniena”. Ġesù jitqanqal bil-ħniena għal dan il-magħtub li flimkien mad-disabilità fiżika tiegħu kellu waħda interjuri: il-qtiegħ ta’ qalb: “irrid, imma ma għandix min jitfgħani”. Ġesù iċaqlaqlu l-attenzjoni mill-ilma “mirakoluż” u mid-dipendenza fuq ħaddieħor għall-attenzjoni fuq ir-rieda tiegħu. “Trid tfieq?” u għat-tweġiba fl-affirmattiv, Ġesù ma jitfgħux fl-ilma, ma jaqbdux minn idejh, imma jikkmandah iqum, jaqbad friexu u jimxi. Dan hu l-miraklu li jagħmel Alla fil-ħajja tagħna u li fih tliet mumenti: 1) “Qum”: li jtina l-enerġija li nqumu fuq saqajna, ma nintelqux taħt id-diffikultajiet tagħna, imma jsaħħaħna fir-rieda li nqumu u nibqgħu weqfin qalb is-slaleb, it-tiġrib u t-twegħir tal-ħajja. 2) “Aqbad friexek”, f’kelma waħda li naqbdu dak li lilna jxekkilna, jorbotna, ma jħalliniex ħielsa; dak li jagħmilna vittmi u jagħlaqna fina nfusna nilgħaqu l-ġrieħi tagħna, u naffaċċjawh bla biża’. 3) “Imxi”: jiġifieri li ma tiqafx, li tibqa’ miexi fit-triq tal-Evanġelju.

It-Triq huwa Kristu nnifsu. Hemm il-periklu li minħabba “friexna” nieqfu nimxu wara Kristu. Jew noħorġu mit-triq tiegħu. Nitolbuh il-grazzja li nissaħħu fir-rieda tagħna li nqumu, naqbdu dak li ijassarna, u nimxu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook