umliF’dan iż-żmien nisimgħu ħafna dwar it-tama ta’ stennija għal miġja ta’ Kristu il-Messija li jqiegħed kollox f’postu. Il-Profeta Sofonija llum jagħtina kriterju li bih nindunaw li fostna hawn il-preżenza tal-Messija taħdem is-salvazzjoni tagħna. Sofonija huwa l-Profeta li qatta bla ħabel jeħodha kontra l-poplu u l-mexxejja tiegħu li tbegħdu minn Alla. Huwa jikkundanna l-ħażen ta’ poplu u mexxejja korrotti, idolatry, inġusti fil-ħajja soċjali, qarrieqa.

Il-profeziji ta’ Sofonija jibdew proprju bi kliem iebes ta’ Alla nkurlat li jidher li qabżitlu bl-ikrah hekk li hu deċiż “li jiknes lil kulħadd mill-art” għax il-poplu ma baqgħalux ġustizzja, il-mexxejja korrotti bħal ilpup ħattafa u l-qassisin ipprofanaw il-qdusija tas-Santwarju bil-ħaċen tagħhom…Ngħiduha kif inhi: mhux li ninsabu f’qagħda aħjar! u barra minn hekk il-korla ta’ Alla ma tantx baqgħet timpressjonana!

Il-korla ta’ Alla hi qaddisa u formattiva, issaffi u ġġedded. Alla jwiegħed li se jħalli poplu mċekken u umli, ’il bogħod minn kull kburija. Alla hekk jaħdem! Spiss nisimgħu l-ilment nostalġiku li l-knejjes vojta, il-prattika reliġjuża qed tonqos. Jista’ jkun li dan huwa sinjal ta’ Alla li qed jaħdem u jsaffi l-poplu tiegħu? Hu sinjal żgur tal-infedeltà ta’ poplu li tbiegħed minn Alla, imma huwa wkoll indikazzjoni ta’ Alla li jiżborna minn dak li mhux essenzjali. Aħna u nħarsu lejn il-maxtura fqajra ta’ Betlem, ejjew aħna wkoll inħejju l-qalb miksura, sogħbiena u umli tagħna biex tilqa’ fiha lis-Salvatur u nħallu lilu jimla’ l-vojt tagħha.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook