Il-figura ta’ Ġona li joħroġ fit-toroq tal-belt il-kbira Ninive, kapitali tal-Assirja, tfakkarni dejjem fil-figura ta’ barbone jew clochard fiċ-ċentru ta’ Ruma li spiss kont naħbat miegħu fit-triq meta kont qed nistudja f’din il-belt. Dan Paolo, għax hekk kien jismu – jew talanqas hekk kien jgħid li jismu –  dejjem jiġri bil-Bibbja f’idu, u xi waqtiet kien jieqaf qisu laqtitu xi kelma mis-sema u jipponta lejn xi ħadd li jkun għaddej u jibda’ jħabbarlu l-Evanġelju biex jikkonverti… l-iktar kategorija ta’ nies li kienet tlaqqatha kien il-kleru… mhux darba laqqatt xi tnejn minn għandu jiena wkoll.

Paolo

Ħafna kienu jaħsbuh u jqisuh li tilef moħħu… iżda mhux hekk. Paolo, kien jara mnejn jiddobba l-kotba tal-Evanġelju u jqassam lin-nies u f’postijiet li l-inqas tistenna li se ssib l-Evanġelju. Moħħu tilfu veru, imma wara l-Evanġelju. Sakemm domt Ruma, l-iktar nies li mpressjonawni jitolbu (mhux jittalbu) fil-knejjes, dejjem kienu il-barboni. Persuni bħal Paolo, bħal Ġona, bħal Kristu, bħal Pawlu l-appostlu, u tant oħrajn “boloh għal Alla” għandhom il-qawwa li jixprunawna nistaqsu u ngħarblu l-istil ta’ ħajjitna, u nibdlu l-istatus quo.

Ġona fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum joħroġ fil-pjazez ixandar il-konverżjoni u għal din il-kelma tiegħu il-belt, mis-sultan sal-iżgħar tifel u tifla, ħaduh bis-serjetà u ċċaqalqu minn fejn kienu, biddlu ħajjithom… ikkonvertew, dawwru qalbhom lejn Alla. Ġesù fl-evanġelju ta’ llum quddiem il-qalb iebsa li ma tilqgħux iqiegħed in-nies ta’ Ninive bħala eżempju ta’ konverżjoni u jżid ukoll il-figura tas-Sultana tan-Nofsinhar li hija l-mudell ta’ min ifittex l-Għerf. Hi resqet għand l-Għaref Salamun, li huwa tip ta’ Kristu l-Għerf ta’ Alla. L-għerf veru huwa li nersaq lejn Alla, indur lejh u nħallih jittrasformani mill-qiegħ. Kemm qed nilqa’ s-sejħa għall-konverżjoni li Alla jagħmilli kuljum permezz ta’ diversi persuni u ċirkustanzi fil-ħajja tiegħi li jġibuni wick imb’wiċċ mal-qagħda midinba tiegħi personali u soċjali?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook