Fit-talba tal-bidu tal-quddiesa ta’ llum nitolbu lil Alla jispirana sabiex dak kollu li naghmlu jibda u jintemm fih. Nitolbuh jimxi maghna wkoll halli nibqghu dejjem fih, f’kull ma nahsbu, nghidu, naghmlu. Li nghixu fih, anzi li nindunaw li ahna fih u hu fina, huwa wiehed mill-ghanijiet tar-Randan: f’kelma wahda li nkunu konxji. Minn xhiex? L-ewwelnett li ahna msejhin u mistednin minn Alla biex inkunu mieghu. Fl-ewwel qari mill-kapitlu 30 tad-Dewtwronomju Alla permezz ta’ Mosè igib lill-poplu konxju minn zewg toroq ewlenin li fihom ahna nghazlu li nimxu: it-triq tal-hajja u t-triq tal-mewt. Tal-ewwel tinbena fuq l-imhabba ta’ Alla f’tat-tieni inhallu lilna nfusna ningarru u nitkaxkru fil-jasar ta’ rbit li jaghlaqna fina nfusna u fl-egoizmu taghna. F’kitba tat-tieni seklu msejha “It-Taghlim tat-Tnax l-Appostlu”, il-kittieb ifissrilna x’inhuma daz-zewg toroq. Tal-ewwel tiffukana fuq Alla, tat-tieni ddur maghna nfusna. Il-frott tal-ewwel triq huwa l-ftuh taghna f’hajja altruwista, tat-tieni ddahhalna fi sqaq ta’ egoizmu li jqieghed lilna nfusna bhala l-kriterju li bih nirrelataw ma’ Alla u ma’ xulxin, insiru ahna c-centru u l-qjies ta’ kollox, nibdew inqisu b’qiesna biss. Gesù jaghtina s-soluzzjoni biex ma ninqabdux fit-tieni triq: is-Salib, bhala strument li jqawwina fit-taqbida mal-egoizmu taghna. Bit-thaddin tas-Salib immutu ghalina nfusna u ghall-egoizmu taghna. Huwa s-Salib li jghaqqadna ma’ xulxin bhalma hu s-Salib li ghaqqad lil Kristu maghna.
Go Ahead, Leave A Comment