Feb 27th

Il-liturġija llum tgħinna nirriflettu dwar il-ħtieġa tad-deċiżjoni ħielsa fil-mixja tagħna tal-fidi. Alla permezz tal-Profeta Eżekjel jgħin lill-poplu tiegħu jirrifletti dwar id-deċiżjoni ħielsa li anke Alla jirrispetta. Il-kuntest tal-messaġġ ta’ Alla huwa t-tgergir li skontu Alla ma kienx qed jimxi sewwa mal-poplu tiegħu. Alla permezz tal-profeta juri li hu jirrispetta d-deċiżjoni li kull persuna tieħu għaliha. Jekk il-bniedem “ħażin” jiddeċiedi li jerġa lura min triqatu u jibdel ħajtu, Alla se jagħti każ ta’ din id-deċiżjoni. Jekk il-bniedem “tajjeb” jiddeċiedi li jerġa’ lura minn triqatu u jibdel ħajtu għall-agħar, Alla se jagħti każ u jirrispetta dik id-deċiżjoni. Ma’ kull deċiżjoni però hemm marbuta l-konsegwenzi u r-responsabilitajiet li wieħed irid jerfa’ frott id-deċiżjoni li jkun ħa. Id-deċiżjoni mela tirrigwarda hawn l-istil, il-viżjoni tal-ħajja, id-direzzjoni li wieħed se jagħti lil ħajtu. F’kelma waħda Alla qed jistenna minna irġulija, li nkunu konsistenti mad-deċiżjoni li nieħdu f’ħajjitna, deċiżjoni li mbagħad tirregola ħajjitna u tagħtina parametri li fuqhom aħna mmexxu ħajjitna.

0938907b972771a41236f75722693157Għalhekk Ġesù fl-evanġelju ta’ llum jispeċifika li l-ħajja tajba tagħna trid tkun ħafna aħjar minn tal-Kittieba u l-Fariżej. Din il-kategorija ta’ nies ma kenux ħżiena daqskemm inpinġuhom. Kienu nies twajba, osservanti tal-Liġi sal-inqas tikka, attenti għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni eżatta tal-Liġi ta’ Alla, it-Torah. L-għan tal-prattika reliġjuża tal-Kittieba u l-Fariżej kien li jsiru Torah ħajja, titlaħħam fihom. Dan huwa tajjeb. Ġesù iżda iqiegħed kriterji oħra għal min irid jimxi warajh fis-Saltna. Il-kriterju huwa d-deċiżjoni li tgħaddi mill-osservanza impekkabbli tal-Liġi għall-imitazzjoni tiegħu, għall-viżjoni tiegħu li tmur lil hemm mil-Liġi. Il-Liġi tgħidlek “toqtolx”. Ġesù jgħidlek “ħobb”. Il-Liġi torbtok bl-obbligi, bid-drittijiet u d-dmirijiet. Ġesù jagħtik il-ħelsien li dawn tisboqhom… mhux biex tagħmel li trid u tikser il-Liġi, iżda għax ħajtek tant tixbaħ lil ta’ Alla li tisboq il-limitu tal-Liġi. Il-Liġi hi għalik tarġa biex togħla ’il fuq lejn valuri ogħla minna. Mhux bilfors għax jiena ma niksirx il-Liġi jiena qiegħed fil-perfezzjoni tal-imħabba. F’kelma waħda hija l-virtù li tirregola l-ħajja tiegħek u l-virtù hija ogħla minn dak li titlob il-Liġi, għax il-virtù ma tiqafx fuq x’tista’ u x’ma tistax tagħmel, imma dejjem tfittex dak li hu l-aħjar u l-aqwa, l-ogħla.

X’inhi l-kwalità tal-ħajja nisranija tiegħek? Waħda li tieqaf biss fuq dak li jmissek tagħmel jew waħda immexxija mill-virtù u minn valuri ogħla?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook