Feb 15th

Ngħixu r-Randan – Carmelite Priory Mdina

ByCarmelite Priory Mdina | In News

Lent.-slide

Reġa’ qorob ċiklu ieħor liturġiku importanti: Ir-Randan. Dan huwa żmien li jimmarka l-bidu ta’ tħejjija preparazzjoni intensiva għall- Misteru tal-Għid ta’ Ġesù Kristu. Fir-Randan aħna mħeġġin biex nieħdu aktar bis-serjetà d-dmirijiet tagħna ta’ Nsara fl-għixien tal-ħajja ta ‘ talb, u fi stil ta’ ħajja sempliċi, u fil-maturazzjoni tal-Imħabba permezz ta’ iktar attenzjoni għall-oħrajn fil-ħtiġijiet tagħhom. Għalkemm dawn għandhom ikunu t-tliet pilastri tal-ħajja nisranija matul is-sena kollha, matul Randan ngħixuhom fil-kuntest tal-meditazzjoni tat-tiġrib li Ġesù Kristu ġarrab għalina u għas-salvazzjoni tagħna fl-għotja tiegħu innifsu lilna f’kollox sa’ fit-tbatija tal-Passjoni u l-Mewt, kif ukoll fil-misteru glorjuż tal-Qawmien mill- Imwiet.

LentBħas-soltu, Il-Karmnu tal-Mdina joffri spazju spiritwali u fiżiku għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-mod Karmelitan ta’ kif ngħixu r-Randan. Din is-sena wkoll se niċċelebraw il-festa tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Kristu lejlet Ras ir-Randan nhar it-Tlieta 17 ta’ Frar. Kull nhar ta’ Erbgħa mbagħad, ibda’ minn Ras ir-Randan niċċelebraw it-Triq tas-Salib fil-5.00pm sa nhar l-Erbgħa tat-Tniebri. Mis-06 sat-08 ta’ Marzu se norganizzaw Irtir Karmelitan għall-koppji fid-Dar tal-Irtiri l-Lunzjata, b’kollaborazzjoni mal-Grupp Karmelitan ta’ Spiritwalita għall-Koppji – OASI. L-Eżerċizzi dis-sena jsiru mid-9 sat-13 ta’ Marzu 6.30pm u mill- 25 ta’ Frar se noffru wkoll erba’ sessjonijiet ta’Katekeżi, waħda fil-ġimgħa dwar is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Dawn jibdew fit-8pm. Ikun hawn ukoll ħin għall-qrar u talb. Il-Lectio Divina tibqa’ għaddejja bħas-soltu fit-tielet Sibt u r-raba Ġimgħa ta ‘ Frar u Marzu . Hemm ukoll żewġ seminars dwar il-kontemplazzjoni u fuq il-Ħajja ta’ Talb skont St Tereża ta’ Ġesù. Attivitajiet oħra jinkludu l-festa ta’ San Ġużepp u l-festa titulari Knisja tagħna, it-Tħabbira tal-Mulej nhar il-25 ta’ Marzu.

Attivitajiet kulturali jinkludu l-kunċerti u Jum in-Naħla Maltija fil-Kunvent nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu fejn fost l-oħrajn ikun hawn għall-wiri kaxxa bix-xehed tan-naħal li tinuża biex jiġi osservat dan l-insett meraviljuż, taħdidiet dwar kif l-arti tat-trobbija tan-naħal tista’ tkun esperjenza spiritwali, u attivitajiet oħra interessanti matul il-jum.

Aħna ġentilment ninkoraġġukom biex iżżommu kuntatt mal-Kunvent billi żżuru d-dar tagħna, jew tfittxuna fuq is-sit elettroniku u l-paġna facebook u għaliex le? … billi tieħdu sehem fil-ħajja tal-Kunvent.

Il-Patrijiet Karmelitani

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook