“Ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien” (Tit 2: 11-14)

Wasalna biex niċċelebraw fil-kalendarju liturġiku il-qalba tas-sena tal-Knisja fil-mixja tagħna wara Ġesù fil-ħajja ta’ kuljum. Din il-qalba hija l-misteru tal-Għid tal-Mulej, l-Imsallab Irxuxtat li jgħix fina li għażilna li nilqgħu is-sejħa tiegħu biex nimxu warajh. Din il-Festa tal-festi nħejju għaliha b’erbgħin jum ta’ talb, sawm, għoti ta’ karità fiż-żmien tar-Randan.

Bħal kull sena fil-Karmnu tal-Mdina, ngħixu bi ftit aktar intensità dawn it-tliet kolonni tal-axxeżi nisranija billi l-ewwelnett ikollna iktar attenzjoni għall-Kelma ta’ Alla mxandra fil-Liturġija u moqrija fi spirtu ta’ talb waqt l-eżerċizzju ta’ kuljum tal-Lectio Divina. Ikomplu wkoll matul dan l-istaġun tar-Randan il-laqgħat tal-Lectio Divina u t-Titus Brandsma Circle.

Matul dan iż-żmien tar-Randan fil-Karmnu tal-Mdina jkollna wkoll xi attivitajiet marbutin mal-istaġun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu fil-quddies tas-7am u f’dik tal-5.30pm jkollna r-rit tat-tqegħid tal-irmied. Filgħodu fis-6.45am niċċelbraw it-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Dakinhar ukoll jaħbat l-ewwel Erbgħa tax-xahar u jmiss l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tal-5.30pm u l-laqgħa tat-Terzjarji. Fil-5.00pm minflok ir-Rużarju jkollna l-Via Crucis. Matul ir-Randan kollu, il-quddiesa tkun b’riflessjoni qasira, li tittella’ wkoll onlajn biex tkunu tistgħu issegwuha.

Matul dan iż-żmien għandna diversi irtiri tar-Randan u mumenti ta’ talb. Nibdew fit-3 ta’ Marzu bl-irtir għall-membri tal-Kurja tal-Arċidjoċesi. Imbagħad fit-12 ta’ Marzu u fid-19 hawn żewġ irtiri organizzati mill-Parroċċa tal-Fgura u ta’ Santa Venera. Fis-16 ta’ Marzu fl-10.00am ikollna adorazzjoni b’talb ta’ interċessjoni, fis-17 ta’ Marzu ikollna l-irtir tal-komunità Kapuċċina, u fid-29 ta’ Marzu l-irtir tal-Gruppi ta’ Talb P. Avertan Fenech li kif tafu, nhar it-2 ta’ Frar infetħet il-Kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni tiegħu. Il-qabar u ċ-ċella tiegħu wieħed jista’ jżurhom u jieqaf għal mument ta’ talb u ġabra. Il-qabar li jinsab fil-Knisja wieħed jista’ jżuru kuljum sal-5.00pm, waqt li għal żjara fiċ-ċella jkun meħtieġ appuntament ma’ wieħed mir-reliġjużi.

Minbarra dawn l-okkażjonijiet u attivitajiet, niċċelebraw matul ir-Randan is-Solennità ta’ San Ġużepp, li din is-sena minħabba r-Randan tiġi ċċelebrata nhar l-20 ta’ Marzu. Imbagħad fil-25 ta’ Marzu niċċelebraw it-Titular tal-Knisja bis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej. Dakinhar ikollna irtir tar-reliġjużi Karmelitani.

Il-Programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa jintbagħat iktar tard.

Kif tafu, kull sena matul ir-Randan u l-Għid nipproponu xi testi għall-qari u l-meditazzjoni. Din is-sena nistednukom biex flimkien magħna taqraw testi magħżula mill-kitbiet ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi hekk kif ninsabu niċċelebraw l-450 sena mit-Twelid tagħha.

Waqt li nixtequlkom żmien qaddis f’dan ir-Randan, insellmulkom

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook