It-Tlieta 1 ta’ Diċembru 2015 Iż 11:1-10; S 71(72); Lq 10:21-24 Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu, ifaħħar lill-Missier għax Hu wera lilu nnifsu liċ-ċkejknin minflok lill-għorrief u l-kbar tad-dinja. Il-ferħ t’Alla jinsab fiċ-ċkejknin, f’dawk li jsiru bħaż-żgħar. Ġesù jistedinna nagħrfu fihom it-triq li jagħżel il-Missier biex jirrivela lilu nnifsu. Il-psikoloġija moderna tħares lejn it-tfal […]
CONTINUE READINGJekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan huwa dejjem iddedikat lill-irtirar ta’ Ġesù fid-deżert. San Mark iżda ma jgħidilniex li l-Ispirtu “ħa” lil Ġesu’ fid-deżert, imma li “ħareġ” lil Ġesu’ fid-deżert. Il-verb “toħroġ” huwa wieħed importanti fil-Kotba Mqaddsa. L-ewwelnett ifakkarna espliċitament f’Alla li “ħareġ” lil Abraham minn Ur tal-Kaldej, lil Israel mill-Eġittu għal erbgħin sena fid-deżert, lil Pietru (u […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8). Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq […]
CONTINUE READING