Dec 20th

Il-Milied ta’ Sidna

ByCarmelite Priory Mdina | In News


Waslet il-festa tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Kif ħejjejna ruħna fi żmien l-Avvent b’diversi attivitajiet fosthom l-irtir tal-Avvent, il-wirja pros ton theon kif ukoll bil-laqgħat tal-Lectio Divina u t-taħriġ fil-Meditazzjoni Nisranija nistednukom tkomplu tieħdu sehem fid-diversi attivitajiet marbuta maż-żmien tal-Milied.

Kif ilkoll tafu fil-Karmnu tal-Imdina mhux biss ikollna spazju għal attivitajiet reliġjużi u liturġiċi iżda wkoll attivitajiet karitattivi, ta’ formazzjoni u wkoll ta’ xeħta kulturali. Attivitajiet li kellna da l-aħħar fuq dawn il-livelli nsemmu l-ikla tal-erwieħ li permezz tagħha tajna l-għajnuna b’somma sabiħa lill-Missjonijiet Karmelitani fil-Bolivja; l-investitura tal-Kavallieri fil-knisja tagħna li permezz tagħha bagħatna għajnuna finanzjarja lill-komunità reliġjuża ta’ Ġesù l-Feddej fl-Iraq. Okkażjoni sabiħa wkoll fuq livell kulturali dan l-aħħar kienet it-tnedija tal-ktieb “Il-Vuċi Quddiem il-Misteru” mid-Dr Pauline Dimech. Min jixtieq kopja ta’ dan il-ktieb, li kif sejjaħlu il-Prof. Joe Friggieri huwa daħla għat-teoloġi tl-kbar ta’ żmienna, jikkuntattjana. Fejn tidħol il-formazzjoni, isiru l-laqgħat għall-istudji tal-mistiċi, it-taħriġ fil-meditazzjoni, il-formazzjoni tat-Terz Ordni Karmelitan, il-formazzjoni wkoll tal-koppji madwar l-ispiritwalità Karmelitana sabiex imbagħad ikunu jistgħu joffru s-servizz tagħhom f’parroċċi li jitolbuhom xi katekeżi jew tagħlim għall-koppji. Bħalma lkoll tafu il-Karmnu tal-Imdina hija wkoll is-sede tal-Istitut Karmelitan. Fis-sena 2019 l-Istitut se jkollu bħala Direttur Eżekuttiv lil P. Glen Attard, Karmelitan. L-aħħar żewġ seminars għas-sena 2018 jiltaqgħu nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru li jiġbru fihom grupp sabiħ ta’ persuni li qegħdin isegwi l-kors ta’ formazzjoni fl-Ispiritwalità. Infakkru li l-Bibljoteka u l-Arkivji storiċi huma miftuħa b’appuntament għal riċerka, qari u studju in-site. Huma bosta dawk li diġà jużufruwixxu minn dan is-servizz.

Tajjeb ukoll nagħtu ftit informazzjoni dwar il-Kawża tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech li bħaliss atinsab fil-fażi Rumana. Bħal dejjem matul dawn l-aħħar 75 sena nibqgħu nirċievu rapporti ta’ grazzji maqlugħa u intenzjonijiet tat-talb. Ninfurmaw li aħna r-reliġjużi kuljum inżommu fit-talb komunitarju u personali tagħna l-intenzjonijet li nirċievu fil-ġurnata. Darba fix-xahar issir il-quddiesa fil-kappella tal-Kurċifiss fejn hemm midfun il-Qaddej ta’ Alla. Fl-Uffiċċju tal-Viċi-Postulatur, li s-Sede tiegħu tinsab fil-Kunvent, għaddej ix-xogħol fuq il-Positio sabiex tiġi stabbilità l-erojiċità tal-virtujiet mill-informazzjoni miġbura f’iktar minn 16,000 dokument miġbura fl-Inkjesta Djoċesana. Il-ħidma miexja b’ritmu tajjeb u hekk kif titlesta l-ħidma fuq il-Positio din tkun tista’ tintbagħat lill-Kongregazzjoni tal-Qaddisin għall-eżami bir-reqqa mit-teoloġi u l-istoriċi. Jekk l-eroiċità tal-virtujiet tiġi approvata ma ndumux ma naraw lill-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech dikjarat Venerabbli mill-Qdusija Tiegħu il-Papa. Għaldaqstant inħeġġukom inwieżnu din il-ħidma permezz tat-talb. Min jixtieq xi santi jew materjal ieħor dwar il-Qaddej ta’ Alla jikkuntattjana.

Mehmuż ma’ din l-ittre qegħdin nibgħatu l-programm tal-festi tal-Milied filwaqt li nixtequlkom Milied hieni u riżq u barka għas-sena 2019.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook