Ġeneralment quddiem il-parabbola tal-għani u Lazzru l-fqir nieqfu fuq it-tagħlima dwar il-qsim ġust tal-ġid. Fil-verità iżda l-parabbola tmur iktar lil hemm. L-għani wara mewtu jitlob lil Abraham biex jibgħat lil Lazzru l-fqir li kien jinsab fi ħdanu, għand il-familjari biex dawn jikkonvertu kif jaraw li qam raġel mill-mewt! Abraham, jgħidlu li ġaladarba ma kkonvertewx bil-kelma […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tqegħdilna lill-Profeta Ġeremija bħala dak li huwa l-prekursur ta’ Kristu fil-persekuzzjoni minħabba l-missjoni profetika tiegħu. Il-missjoni ta’ Ġeremija kienet dik li jikkundanna id-dnub tal-poplu, l-ikdolatrija, u jħabbar it-tiġrif ta’ Ġerusalemm għax telqet lil Alla, nsietu u ġriet wara Alla oħra. Ġeremija jitqiegħed f’kuntrast ma’ profeti oħra “mixtrija” li biex jibżgħu għal […]
CONTINUE READINGKull fidi u reliġjon meta trabbi l-għeruq toħloq madwarha “kult” u “kultura” u drawwiet fl-ilbies, fl-ikel, fl-imġieba. Dawn għall-bidu jkunu espressjonijiet ta’ fidi ġenwina. Biż-żmien, speċjalment meta l-fidi u r-reliġjon ma jibqgħux il-fus li fuqu ddur il-ħajja soċjali u allura l-bniedem ma jibqax jidentifika lilu nnifsu mal-identità li tagħtih dik il-fidi u dik ir-reliġjon partikolari, […]
CONTINUE READINGĠesù llum jorbot il-ħniena man-nuqqas ta’ ġudizzju, nuqqas ta’ kundanna, ma’ kejl imburġat fil-ħżiem. Dan jagħmlu għax fil-ħatt il-ħniena tfittex li tqiegħed kollox f’postu u tara li jsir dak li għandu jsir u li jkun kif għandu jkun. Il-ħniena mhijiex meta jiena nitħassar lil xi ħadd li nidentifikah bħala miskin. Il-ħniena tfittex li lil dak […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum li jirrakkonta l-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej wieħed jista’ jarah minn diversi aspetti. Fil-mixja tar-Randan jieħu tifsira partikolari marbuta mal-mixja ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm, il-belt li fiha Ġesù għamel l-Għid tiegħu. Tema mportanti f’San Luqa hija l-filjolanza ta’ Ġesù. Huwa mhux biss iben il-bniedem imma wkoll Iben Alla. L-anġlu fit-Tħabbira jippreżentah bħala Iben l-Għoli, […]
CONTINUE READINGIs-Salmista llum idur lejn Alla “minn qiegħ l-art” filwaqt li jsejjaħ għall-ħniena tiegħu. Huwa jitlob mingħand Alla l-maħfra. Il-ħniena hija waħda mill-aspetti l-iktar importanti li jissemmew fil-Kotba Mqaddsa. Biss biss, il-kelma weħidha tissemma’ xejn inqas minn 243 darba b’referenza għal kif Alla jirrelata mal-bnedmin. P.eż. naqraw li Alla jirrelata magħna kif missier iħenn għal uliedu […]
CONTINUE READING“Lilna eħlisna bil-qawwa ta’ jdejk u għinni, lili, li jiena waħdi u ma għandi lil ħadd ħliefek, Mulej.” Din it-tnehida tas-Sultana Ester tiġbor il-karba tagħna lkoll kull darba li nduru lejn il-Mulej biex nitolbuh. X’ħasra li d-drabi li fihom induru lejn Alla biex nitolbuh ikunu kkaraterizzatti ħafna drabi minn bżonnijiet personali minflok tassew it-tifħir ta’ […]
CONTINUE READINGFl-ewwel qari tal-quddiesa tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Ġona, il-Knisja toffrilna tliet spunti għar-riflessjoni tagħna matul dan ir-Randan imqaddes. Is-silta mill-ewwel tiftaħ billi turina lill-Profeta magħqud kollu kemm mal-Kelma ta’ Alla. Il-Kelma tal-Mulej waslet lil Ġona biex imur Ninwè u hemm ixandar dak li jgħidlu Alla. Fil-fatt, karatteristika importanti tal-profeti hija l-għaqda intima tagħhom ma’ Alla […]
CONTINUE READINGIl-kelma tal-Mulej (v.11) m’hijiex kelma kwalunkwe. Meta tintuża għal Alla, “dabar” fl-Ebrajk tfisser “mezz li bih tiġi s-salvazzjoni”, enerġija divina li toħloq fil-qlub tal-bnedmin art għammiela biex tisseddaq u titqaddes fil-preżenza t’Alla nnifsu. Il-kelma “dabar” tintuża aktar minn 390 darba fit-Testment l-Antik biss, xhieda tal-insistenza min-naħa t’Alla li jixtieq li jwassal lill-bnedmin fil-port tas-salvazzjoni, fil-mistrieħ […]
CONTINUE READINGDiversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak […]
CONTINUE READING