Is-salvazzjoni li tiġi minn Alla ma tiġix mix-xejn u fix-xejn. Hija salvazzjoni konkreta li tieħu forma fid-dinja tagħna u fil-ħajja tagħna. Fl-evanġelu s-salvazzjoni li Ġesu jagħti u li ġejja minnu hija l-qsim tal-ħajja tiegħu mad-dixxipli. Huwa jibgħat lit-12 biex ikomplu dak li beda hu. Mela s-salvazzjoni tieħu forma fil-komnkret. Fl-evanġelu ta’ llum dan il-mod konkret […]
CONTINUE READINGAlla jwiegħed is-salvazzjoni li teħles lill-umli u tikkundanna lil min hu supperv, li min jagħmel inassas biex jagħmel dak li hu ħażin. Fil-mixja tagħna wara Kristu aħna ngħarfu li din il-wegħda ta’ Alla qegħdha bil-mod il-mod isseħħ ġewwa fina, gradwalment sakemm Alla jagħtina l-fejqan sħiħ… is-sħuħija tal-qalb. Għalhekk Ġesu fil-vanġelu ta’ llum narawh ifejjaq żewġ […]
CONTINUE READINGL-istennija hija frott it-tama. Iżaija llum jistedinna nittamaw fil-Mulej, nafdaw fih aħna li aħna l-fqar tiegħu għax mingħajru ngħarfu li ma’ aħna xejn. Inħossuna neqsin. Ġesu jkellimna fuq it-talb proprju fuq dan il-livell bħala telqa fir-rieda ta’ Alla: beneplacitum, dak li hu sewwa u li jogħġob. Ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla tinbena proprju fuq kemm aħna […]
CONTINUE READINGIl-ħajja ta’ Alla fina hija mqabbla ma’ mejda b’ikel fin li Alla jħejjilna. Meta aħna nilqgħu l-istedina tiegħu u noqgħodu għall-ikel fuq din il-mejda li hu jħejjilna jitneħħa l-velu, l-għama li ma jħalliniex naraw sewwa l-ħajja tagħna f’Alla u lil Alla f’ħajjitna. Il-ħajja ta’ Alla fina hija waħda ta’ faraġ. Iġġibilna l-hena, s-sliem. Għalhekk Izaija […]
CONTINUE READINGIl-frott tal-miġja ta’ Kristu fostna, f’qalbna, f’ħajjitna huwa frott ta’ ħajja skont l-ispirtu ta’ Kristu li jkollu mbagħad effett soċjali. Iżaija jkellima fuq l-ispirtu ta’ Alla li huwa wieħed ta’ Għerf, fehma, kunsill, qawwa, għarfien u biża’ ta’ Alla. Dawn aħna nsejħulhom id-doni tal-Ispirtu s-Santu li l-effett tagħhom f’ħajjitna huwa effett fil-ħajja prattik u soċjali […]
CONTINUE READINGIl-Mulej ġej… nisimgħuha ta’ spiss din il-frażi. Iżaija jmur pass lil hemm u jgħidilna għalfejn ġej il-Mulej, huwa u jħabbar lill-poplu tiegħu li Alla se jżuru. Alla jiġi jżurna biex isaffina, biex iħejjina u jqaddisna. Iżaija jagħmlilna l-qalb għax jgħidilna li l-Mulej ġej biex idaħħalna fit-tinda tiegħu biex iħarisna minn dak li jwaqqafna milli naslu […]
CONTINUE READINGIl-kelma Avvent tfisser miġja u żmien l-Avvent jiftaħ is-sena liturġika tal-Knisja li mbagħad tagħlaq bil-festa ta’ Kristu Sultan, hekk li f’tul ta’ sena aħna bħala dixxipli ta’ Ġesu nġeddu l-misteri tas-Salvazzjoni tagħna, sabiex dawn il-misteri nħalluhom jibdluna bil-mod il-mod sa ma jiġi l-Mulej fit-Tieni miġja tiegħu fl-aħħar taż- żmien. L-Avvent mhuwiex sempliċiment tħejjija għall-festa tat- […]
CONTINUE READING