Għeżież ħbieb, F’dan iż-żmien partikulari ta’ pandemija, it-tema magħżula mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku għar-Randan hija waħda ta’ tama: “Ara, aħna telgħin Ġerusalemm…” (Mt 20:18). Ir-Randan: Żmien li fih niġġeddu fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba.” Sewwasew sena ilu konna fuq l-għatba li pajjiżna jintlaqat ukoll mill-pandemija. Konna diġà bdejna nisimgħu bit-tifrix tagħha f’pajjiżni oħra sakemm misset il-pajjiżi ġirien […]
CONTINUE READINGWasalna għall-Ġimgħa Mqaddsa, li fiha niċċelebraw l-aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù fostna bħala bniedem. Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, bħalissa fil-kunvent għaddejja l-wirja ikonografika mtellgħa mis-Sur Vince Mangani, SDC. Il-Wirja li ġġib l-isem Il-Ktieb il-Kbir mogħnija hija wkoll b’siltiet mill-Ktieb il-Kbir ta’ San Ġorġ Preca, sabie xtgħin għall-meditazzjoni fuq il-Kurċifiss li hu l-Ktieb il-Kbir tagħna li fuqu […]
CONTINUE READINGSlowly but steadily we are approaching Holy Week which commemorates the last week of Jesus’ life on earth, his Holy Passion and Glorious Resurrection. In preparation to this Liturgical Season at the Priory we have set up an iconographic exhibition displaying works of Mr Vincent Mangani, SDC. The exhibition, Il-Ktieb il-Kbir, will be open daily […]
CONTINUE READINGGħeżież ħbieb, Illum bdejna għal darb’oħra l-mixja mill-ġdid tar-Randan, iż-żmien li fih aħna mistednin induru ftit dawra magħna nfusna u nevalwaw ftit fejn ninsabu fil-ħajja tagħna ta’ bnedmin ta’ fidi f’Alla bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Għar-Randan ta’ din is-sena il-Papa Franġisku, bħal dejjem, bagħat il-messaġġ tiegħu għar-Randan bit-tema “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien qawwi fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesù bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja, r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 3, 25.34-43 Salm 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9 Mt 18, 21-35 OMELIJA Diffiċli ħafna l-maħfra! Il-maħfra vera u mill-qalb, il-maħfra perfetta u sħiħa (dik hi t-tifsira tas-77 darba), li tirrifletti l-maħfra ta’ Alla hija forsi l-iktar aspett diffiċli tal-messaġġ Nisrani. Għax aħna nonqsu lil xulxin ta’ kuljum. U forsi hawn jinsab is-sigriet li jagħmilha […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 1, 10.16-20 Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23 Mt 23, 1-12 OMELIJA Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 9, 4b-10 Salm 78 (79), 8.9.11 u 13 Lq 6, 36-38 OMELIJA F’din id-dinja fejn l-opinjoni u l-għażliet ta’ kulħadd huma mogħtijin spazju u vvalorizzati, u hekk għandu jkun, il-kliem ta’ Ġesù “tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati” jista’ jinftihem ħażin għax bħal donnu jinftihem li ma hemmx kriterju li biha għandna nevalwaw […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Eżek 18, 21-28 Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8 Mt 5, 20-26 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Est 4, 17 Salm 137 (138) Salm 50 (51) Mt 7, 7-12 OMELIJA Fid-dinja klassika u antika is-soċjetà kienet maqsuma fuq ġerarkija ta’ poter bl-ogħla post miżmum mis-Sultan jew l-Imperatur li fuqu ma kien hemm ħadd, ħlief l-allat. Meta jmut il-poter mhux jintemm iżda jiżdied għax f’xi kulturi, bħal dik Rumana, jew Eġizzjana, […]
CONTINUE READING