Diversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bix-xena ta’ Ġesù li jmur fid-deżert għal erbgħin jum, bħall-poplu Lhudi li dam erbgħin sena jterraq fih wara l-ħelsien mill-Eġittu, bħal Mosè li dam erbgħin jum fuq is-Sinaj qabel irċieva l-kamndamenti, bħal Elija li maħrub fid-deżert dam erbgħin jum sa ma wasal f’Ħoreb il-muntanja tal-Mulej. Huwa għalhekk xieraq li l-mixja […]
CONTINUE READINGFir-rakkont tas-sejħa ta’ Levi fl-Evanġelju skont San Mattew insibu żewġ verbi ta’ azzjoni mportanti ħafna: “bilqegħda” u “qam”. Levi kien publicanus jew τελώνης, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi. Lhudi mixtri miċ-censores, Uffiċċjali ta’ Ruma responsabbli mill-ġbir tat-taxxi. il-pubblikan kien jgħix billi jdabbar f’butu dak li jista’ mill-ġbir tat-taxxi li jmorru għall-Imperu Ruman. Għaldaqstant il-Lhud kienu […]
CONTINUE READINGIl-profeti kollha fil-Kotba Mqaddsa dejjem wissew lill-poplu li l-espressjonijiet tal-kult ma jfissru xejn u huma ritwali vojta, karnival jekk trid, jekk ma humiex imseħbin mal-ħajja tat-tjieba. Iżaija llum (Is 58:1-9) iqiegħed fuq fomm Alla l-ilment li l-poplu tiegħu imur quddiem Alla daqs li kieku hu gust, daqs li kieku kollox sejjer tajjeb! L-ewwel minn filgħodu […]
CONTINUE READINGQuddiem persuni, ċirkustanzi, realtajiet li nsibu ruħna fihom dejjem insibu ruħna rridu niddeċiedu x’nagħmlu, dejjem hemm għażla u kull għażla ġġib magħha l-konsegwenzi. Jekk nirriflettu tajjeb u nħarsu lejn il-ġurnata tagħna nindunaw li kull ħin aħna ngħażlu ħaġa jew oħra, niddeċiedu ħaġa jew oħra u nġorru l-konsegwenzi sbieħ jew inqas sbieħ tal-għażla li nkunu għamilna. […]
CONTINUE READINGIċ-ċavetta li biha għandna niftħu l-bieb tas-sens tal-mixja tar-Randan hija l-ħbiberija. Aħna msejħin biex ngħixu ħbieb magħna nfusna, mal-oħrajn, ma’ Alla. San Pawl isejħilna għal dan l-isforz tal-ħbiberija. Il-Profeta Ġoel fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum isejjaħ lill-poplu lura għal dan għax sa issa kien qed jgħix ’il barra minn din il-ħbiberija, minkejja, li ritwalment kien […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma […]
CONTINUE READINGMeta Thérèse ta’ Lisieux kienet qrib l-aħħar ta’ ħajjitha stqarret ma’ ħutha s-sorijiet, li f’għajnejhom hi kienet ixxurtjata għax se tidher quddiem Alla b’idejha mimlija bil-virtù, li s-sema tielgħa b’idejha vojta u mimlija fiduċja li se tirċievi kollox mingħand Alla. Fl-Evanġelju ta’ llum Ġesù jqegħdilna lill-pubblikan bħala mudell tal-ħajja tal-fidi. L-atteġġjament tiegħu, l-għarfien tiegħu innifsu […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq. Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ […]
CONTINUE READINGIl-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu […]
CONTINUE READING