Ma nisgħux ngħidu li kull kwadru reliġjuż huwa ikona, għalkemm ċertament kienu ħafna l-pitturi li matul iż-żminijiet ipproduċew kwadri sbieħ b’temi reliġjużi u bibbliċi. Għalkemm fl-ikona nammiraw il-ħila estetika tal-artist, dak li jħares fiha (attenti, mhux lejha) jikkontempla misteru. Fil-fatt ngħidu li l-ikona għandha karattru sagru:għaliex tiġi kkonsagrata u mbierka permezz ta’ talb, riti, u […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGJohn 13:1-35 Now before the festival of the Passover, Jesus knew that his hour had come to depart from this world and go to the Father. Having loved his own who were in the world, he loved them to the end. The devil had already put it into the heart of Judas son of Simon […]
CONTINUE READINGMissier, agħti glorja lil ismek! (Ġer 31:31-34; S 50; Lhud 5:7-9; Ġw 12:20-33) Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jinsab f’Ġerusalemm jitkellem dwar “liema mewta kien sejjer imut”. Permezz ta’ dan l-aħħar Ħadd tar-Randan, wara li l-Knisja stednitna nħejju lilna nfusna biex nerġgħu nduru lejn Alla – il-konverżjoni – issa tistedinna ndawru ħarsitna aktar fuq il-persuna ta’ Ġesù, […]
CONTINUE READINGDin il-Ġimgħa bdejna nimxu ma’ Ġesù fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. San Ġwann fil-kapitlu 7, jagħtina b’dettall mhux biss il-mixja fiżika ta’ Ġesù minn post għal ieħor imma wkoll il-mixja interjuri tiegħu. Quddiem il-prospettiva tal-mewt, Ġesù l-ewwel jaħrab u jinħeba. Mil-Lhudija jitla’ l-Galilija. Imma mbagħad f’daqqa waħda jerġa’ lura proprju fil-qalba u jidħol Ġerusalemm fit-tempju. Hemmhekk […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-magħtub imfejjaq minn Ġesù taħt il-ħames portiċi biswit jew il-vaska ta’ Betesda turina li Alla kull ma jixtieq minna hija r-rieda, ir-rieda li ninbidlu u nqumu mill-qagħda li ninsabu fiha. Il-magħtub kien biswit din il-vaska li bi tradizzjoni u twemmin popolari kienu jemmnu li darba kultant jinżel anġlu fiha u jċaqlaq l-ilma qiegħed. Min […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq. Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ […]
CONTINUE READINGIl-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu […]
CONTINUE READINGFil-Kelma ta’ Alla għall-quddiesa ta’ llum għandna miġbura flimkien il-Liġi u l-Qima, il-Kmandamenti u t-Tempju. Dawn it-tnejn il-Kelma ta’ Alla kemm fit-Testment il-Qadim u kemm fil-Ġdid huma marbutin flimkien, ħaġa waħda. Il-Kmandamenti huma l-programm ta’ ħajja li Alla fassal għall-poplu tiegħu wara li ħareġ mill-jasar tal-Eġittu. Il-jasar fl-Eġittu ma kienx biss wieħed materjali u politiku […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READING