Fil-Liturġija tal-Knisja hemm Uffiċċju partikolari li jissejjaħ: l-Uffiċċju tal-Qari, li huwa maħsub għas-sigħat tal-lejl qabel ma’ jibda’ jbexbex il-jum, tant li dari kien jitqassam f’notturni. Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, in-Notturni kienu jiċċelebraw il-misteru tad-dieqa tal-mewt li ħass Sidna Ġesu’ Kristu u għalhekk jissejjaħ l-Uffiċċju tat-Tniebri. Għat-tieni sena il-Karmnu fl-Imdina qed noffru l-opportunita’ li niċċelebraw l-Uffiċċju tat-Tniebri […]
CONTINUE READINGL-Evangelju ta’ San Gwann huwa maghruf ghad-dettalji li jaghti dwar ic-cahda ta’ Gesù min-naha tal-Lhud. Mill-Kapitlu 7 ‘il quddiem lil Gesù narawh idur mal-Galilija u jevita li jmur fil-Lhudja minhabba li l-Lhud bdew ifittxu li joqtluh. “Lhud” fl-evangelju ma tfissirx il-Lhud kollha, izda dawk li ma laqghux lil Gesù u cahduh. Fl-evangelju fil-fatt insibu Lhud […]
CONTINUE READING“Fejn sejjer jien, intom ma tistghux tigu”. Dan il-kliem ta’ Gesù halla l-eghdewwa tieghu jistaqsu fejn se jmur Gesù. U tassew ma fehmux u allura ma setghux imorru warajh hemm fejn kien sejjer hu. Gesù qed jitkellem fuq l-ghaqda tieghu mal-Missier u l-ghotja shiha tieghu lilu, il-fedeltà assoluta lejn il-missjoni li giet afdata f’idejh. Fil-qadi […]
CONTINUE READINGNinsabu fil-hames gimgha tar-Randan, imsejjah ukoll zmien il-Passjoni. Il-liturgija tal-Knisja tibda’ ddahhalna bil-mod il-mod fil-kontemplazzjoni tas-Salib Imqaddes. Il-Prefazju tal-quddiesa wkoll ma jibqax dak tar-Randan imma tal-Passjoni. Gesù fl-evangelju ta’ llum jghid lil-Lhud li huma la jgharfu lilu u lanqas lill-Missier. Ghajnejhom u qalbhom maghluqa ghalih. Ma jistghux jarawh hekk kif tassew hu minhabba l-ebusija tal-qalb. Hija […]
CONTINUE READING“Ftakar f’Abraham, f’Iżakk u f’Ġakobb, qaddejja tiegħek…” L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum jagħtina din it-talba sabiħa ta’ nterċessjoni li Mose jagħmel quddiem Alla b’risq il-poplu tiegħu li waqa’ fl-idolatrija u kellu mdendel fuq rasu l-korla u l-kastig ta’ Alla. “Ftakar” jitkarrab Mose quddiem Alla. It-tradizzjoni Lhudija u Nisranija hija mibnija fuq il-memorjal, jiġifieri tifkira ħajja. […]
CONTINUE READINGFl-evanġelju ta’ llum Ġesu’ jassigurana li hu għadu jaħdem bħalma l-Missier għadu jaħdem. Huwa jitkellem fuqu nnifsu f’termini ta’ dipendenza mill-Missier. Mingħajr il-Missier ma jista’ jagħmel xejn. Jekk napplikaw dan għall-ħajja spiritwali tagħna, għall-mixja tagħna tal-fidi, ngħidu u ngħarfu li mingħajr il-grazzja ta’ Alla ma nistgħux nikbru fil-qdusija u fil-ħajja spiritwali. Din il-grazzja pero’ trid […]
CONTINUE READINGIl-Vangelu ta’ llum jaghtina zewg dettalji mportanti: 1) li Gesù ghamel is-sinjal tal-fejqan ta’ bin il-Fizzjal f’Kana tal-Galilija, fejn kien ghamel l-ewwel sinjal tal-ilma mibdul fi nbid; 2) li dan is-sinjal tal-fejqan huwa t-tieni wiehed li ghamel Gesù. Dawn iz-zewg dettalji juruna li z-zewg sinjali huma marbutin flimkien ghalkemm separati minn xulxin. Fit-tieg ta’ Kana […]
CONTINUE READINGFl-istorja tar-reliġjonijiet, inkluża dik Nisranija, ħafna drabi il-prattika reliġjuża saret forma ta’ kif min hu prattikanti juri jew jaħseb, jew jikkonvinċi lilu nnifsu li hu aħjar minn oħrajn, dak li bl-Ingliż jissejjaħ “holier than though attitude”. Ġeneralment dan iseħħ l-iktar meta l-fidi u r-Reliġjon, tkun liema tkun issir ħaġa waħda mal-kultura u mal-konvenzjonijiet soċjali, hekk […]
CONTINUE READINGIl-qari ta llum jaghtina l-karba ta’ Alla lill-bniedem: “erga dur lejja”. Din il-karba Alla jaghmilha lil poplu li kien qieghed ifittex u jsib is-sigurtà u s-salvazzjoni tieghu fil-qawwiet umani. “Assur ma jsalvaniex” iwissi l-Profeta Hosegha. Alla biss isalva. Din is-salvazzjoni tasal meta nikbru fl-imhabba ta’ Alla ghax l-imhabba ta’ Alla tiftahna, ma thalliniex maghluqin fina […]
CONTINUE READINGWahda mill-karatteristici sbieh tal-fidi taghna Nisranija hija li ahna nemmnu li Alla huwa vicin taghna. Il-pedament tal-fidi taghna fil-fatt huwa li Alla sar bniedem bhalna, ghalina u ghas-salvazzjoni taghna. L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum mid-Dewteronomju jghidilna li mhemmx poplu li ghandu l-allat hekk qrib tieghu daqs kemm hu qrib taghna l-Mulej Alla taghna kull xhin […]
CONTINUE READING