Ir-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8). Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Kelma għall-quddiesa ta’ llum tidher ħafna drabi il-kelma “sawm”. Nistgħu ngħidu li fil-fatt il-Knisja llum fl-għażla tal-qari tixtieq iddawwalna fuq is-sawm bħala aspett mhux biss tar-Randan imma tal-għixien tal-ħajja nisranija. L-ewwel qari meħud mill-kapitlu 58 tal-Profeta Iżaija versi 1 sa 9, jibda’ bix-xewqa tal-poplu għal Alla: “minn jum għal ieħor ifittxuni u jixtiequ jkunu […]
CONTINUE READINGSaret komuni fostna d-drawwa li ċerti kumpaniji jikkuntattjaw lill-klijenti u jippruvaw ibegħulhom xi prodott jew offerta sabiex wieħed jaċċetta u jidħol fi ftehim li jorbtok għal numru ta’ snin. Il-leħen fuq il-linja tat-telefon jipprova jpinġihielek attraenti kemm jista’ jkun u ġeneralment jgħidlek nofs verità jew ma jgħidlekx biċ-ċar l-obbligi u l-konsegwenzi li mbagħad issibhom meta […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien intensiv fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesu’ bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGReġa’ qorob ċiklu ieħor liturġiku importanti: Ir-Randan. Dan huwa żmien li jimmarka l-bidu ta’ tħejjija preparazzjoni intensiva għall- Misteru tal-Għid ta’ Ġesù Kristu. Fir-Randan aħna mħeġġin biex nieħdu aktar bis-serjetà d-dmirijiet tagħna ta’ Nsara fl-għixien tal-ħajja ta ‘ talb, u fi stil ta’ ħajja sempliċi, u fil-maturazzjoni tal-Imħabba permezz ta’ iktar attenzjoni għall-oħrajn fil-ħtiġijiet tagħhom. […]
CONTINUE READINGAnother important liturgical cycle is approaching: the Season of Lent marking the start of an intensive preparation for the Paschal Mystery of Christ. During Lent we are encouraged to take more seriously our Christian duties of prayer, simple and sober lifestyle, and growth in Charity through being more attentive to others in their needs. Although […]
CONTINUE READING