Wasalna għall-Ġimgħa Mqaddsa, li fiha niċċelebraw l-aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù fostna bħala bniedem. Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, bħalissa fil-kunvent għaddejja l-wirja ikonografika mtellgħa mis-Sur Vince Mangani, SDC. Il-Wirja li ġġib l-isem Il-Ktieb il-Kbir mogħnija hija wkoll b’siltiet mill-Ktieb il-Kbir ta’ San Ġorġ Preca, sabie xtgħin għall-meditazzjoni fuq il-Kurċifiss li hu l-Ktieb il-Kbir tagħna li fuqu […]
CONTINUE READINGSlowly but steadily we are approaching Holy Week which commemorates the last week of Jesus’ life on earth, his Holy Passion and Glorious Resurrection. In preparation to this Liturgical Season at the Priory we have set up an iconographic exhibition displaying works of Mr Vincent Mangani, SDC. The exhibition, Il-Ktieb il-Kbir, will be open daily […]
CONTINUE READINGQari Ġen 9:8-15 1Piet 3:18-22 Mk 1:12-15 L-Ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bl-esperjenza ta’ Ġesù fid-deżert wara l-magħmudija fil-Ġordan minn Ġwanni l-Għammied. Din is-sena ir-rakkont hu meħud mill-Evanġelju skond San Mark. Ir-rakkont jgħaġġibna għall-qosor tiegħu: żewġ versi kollox (Mk 1:12-13). Mill-vers 14-15, li jinqraw ukoll illum, nieħdu s-sejħa ta’ Ġesù għall-konverżjoni. San Mark jiġbor l-esperjenza […]
CONTINUE READINGGħeżież ħbieb, Illum bdejna għal darb’oħra l-mixja mill-ġdid tar-Randan, iż-żmien li fih aħna mistednin induru ftit dawra magħna nfusna u nevalwaw ftit fejn ninsabu fil-ħajja tagħna ta’ bnedmin ta’ fidi f’Alla bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Għar-Randan ta’ din is-sena il-Papa Franġisku, bħal dejjem, bagħat il-messaġġ tiegħu għar-Randan bit-tema “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien qawwi fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesù bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja, r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 3, 25.34-43 Salm 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9 Mt 18, 21-35 OMELIJA Diffiċli ħafna l-maħfra! Il-maħfra vera u mill-qalb, il-maħfra perfetta u sħiħa (dik hi t-tifsira tas-77 darba), li tirrifletti l-maħfra ta’ Alla hija forsi l-iktar aspett diffiċli tal-messaġġ Nisrani. Għax aħna nonqsu lil xulxin ta’ kuljum. U forsi hawn jinsab is-sigriet li jagħmilha […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dewt 26, 16-19 Salm 118 (119), 1-2.4-5.7-8 2 Kor 6, 2b Mt 5, 43-48 OMELIJA “Kunu perfett, bħal Missierkom tas-Sema”. Il-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn dan il-kmand ta’ Alla li mbagħad Ġesù jgħaddih lid-dixxipli tiegħu, għax hu ma ġiex biex iwaqqa’ l-liġi imma biex iwassalha għall-perfezzjoni. Għalhekk ħsibijietna llum għandhom imorru lejn […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Eżek 18, 21-28 Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8 Mt 5, 20-26 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Est 4, 17 Salm 137 (138) Salm 50 (51) Mt 7, 7-12 OMELIJA Fid-dinja klassika u antika is-soċjetà kienet maqsuma fuq ġerarkija ta’ poter bl-ogħla post miżmum mis-Sultan jew l-Imperatur li fuqu ma kien hemm ħadd, ħlief l-allat. Meta jmut il-poter mhux jintemm iżda jiżdied għax f’xi kulturi, bħal dik Rumana, jew Eġizzjana, […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 55, 10-11 Salm 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19 Mt 4, 4b Mt 6, 7-15 OMELIJA Fil-kulturi u r-reliġjonijiet pagani li bihom kien imdawwar il-poplu ta’ Alla kien hemm il-konvinzjoni li l-allat huma ta’ min jibża’ minnhom għax dawn ma tafx x’jgħaddilhom minn moħħhom, ma għandek l-ebda garanzija li kif tersaq lejhom fit-tempju jew fit-“talb” […]
CONTINUE READING