Il-Ktieb tal-Għerf jiddistingwi l-ħajja tal-għorrief minn dawk tal-boloh: Ma jitkellimx mill-għerf bħala xi ħaġa tal-moħħ, imma bħala kwalità tal-ħajja sħiħa, ħajja mgħejxa bil-għaqal u l-qdusija. Bl-istess mod, dawk li m’għandhomx għerf huma magħluqa fl-injoranza, mhux tal-moħħ, imma tar-rieda ħażina tagħhom. L-injurant fil-Bibbja mhuwiex dak li ma jafx jaqra jew jikteb, imma dak li jeħodha kontra […]
CONTINUE READINGIs-silta mid-diskors ta’ Ġesù (fi Ġw 5) li nisimgħu llum jeħodna lura għall-kuntest tal-Qrati. Meta akkużat jittella’ l-qorti għax ikun mixli b’xi ħaġa kontra tiegħu, dak li l-iżjed jgħodd u li l-ġuri l-aktar li joqogħdu fuqu, m’huwiex fil-fatt dak li l-akkużat għandu xi jgħid fuqu nnifsu imma preċiżament ix-xhieda. Il-kelma tagħhom tgħodd tant li tista’ […]
CONTINUE READINGHija r-relazzjoni ta’ Ġesù mal-Missier li tagħti sens lil dak kollu li huwa jgħid u jagħmel. F’dan id-diskors (Ġw 5), Ġesù ma jistax ikun iktar ċar, “tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha” (v. 19). Huwa dipendenti kompletament mill-Missier, u waħdu ma jista’ jagħmel xejn. […]
CONTINUE READINGXi wħud mir-rabbini ta’ żmien Ġesù kienu jżommu li wieħed għandu jaħfer biss sa tliet darbiet, inkella l-indiema ma tkun vera. Ġesù kien ta’ fehma oħra, wieħed għandu jaħfer bla qjies (ara Ġen 4:24) għaliex bla qjies hija l-ħniena tal-Missier. Biex juri dan, Ġesù imbagħad jispjega lilu nnifsu permezz tal-parabbola. X’qed turina din il-parabbola? i. […]
CONTINUE READINGIn-nies ta’ Nazaret, li tant kienu familjari ma’ Ġesù u l-familja tiegħu, stagħġbu … mhux għax emmnu fih u f’dak li kellu xi jgħid imma għax għalihom Ġesù kien sempliċiment “bin il-mastrudaxxa.” Madanakollu Ġesù stenniha reazzjoni bħal din għaliex tassew li “ebda profeta ma milqugħ tajjeb f’pajjiżu.” Iġib l-eżempju ta’ żewġ profeti mill-Antik Testment li […]
CONTINUE READINGKemm hi sabiħa din l-istqarrija ħierġa mill-fomm ta’ Alla: “minn qalbi nħobbkom” (ara Os 14:2-10). Din l-istqarrija nsibuha fl-ewwel qari ta’ llum li huwa meħud minn silta li fiha Alla bil-kelma t-tajba jipprova jikkonvinċi lil Israel terġa’ lura lejh. Huwa jitkarrbilha, bħalma raġel jitkarrab lil martu li telqet minnu: “ejja lura lejja, għax inti waqajt […]
CONTINUE READINGIlkoll nafu xi tkun qalb iebsa. Forsi xi darba qalbna bbieset quddiem sitwazzjoni jew persuni, jonkella qalb oħrajn ibbieset fil-konfront tagħna. Qalb iebsa tieqaf tħoss. Hi sintomu ta’ għeluq fina nfusna u wkoll mod ta’ kif niddefendu lilna nfusna biex ma nweġġgħux. llum il-Kelma ta’ Alla tkellimna fuq il-qalb iebsa tal-bniedem fil-konfront ta’ Alla. Quddiem […]
CONTINUE READINGDak Alla li kixef lilu nnifsu quddiemna fil-Ġrajja tas-Salvazzjoni uriena li hu qribna, tant qribna, li l-kxif tiegħu (li fit-teoloġija nsejħulu Rivelazzjoni) wasal fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu, Ibnu li sar bniedem bħalna. Il-Kelma ta’ Alla llum turina mod ieħor li bih Alla huwa qribna. Fl-ewwel qari mid-Dewteronomju, Alla huwa qrib, permezz tal-Kelma tiegħu, jonkella l-Liġi […]
CONTINUE READINGJekk ikollna niġġudikaw il-missjoni ta’ Ġesù, bla dubju ngħidu li mmarkata minn falliment. Bdiet b’falliment u spiċċat b’falliment. Bdiet bit-twarrib ta’ Ġesù fis-sinagoga fl-ewwel “prietka” tiegħu u spiċċat b’falliment fuq is-salib. Taħt dan il-falliment iżda hemm Alla li jaħdem. Kemm fil-bidu, matul u fit-tmiem tal-ġrajja ta’ Ġesù, taħt il-falliment Alla jiġbed lejh il-fqajrin li jismigħu […]
CONTINUE READINGEżerċizzi minn P. Albert Brincat, Karmelitan. Missjunarju tista’ tgħid għal ħajtu kollha l-ewwel f’Medellin il-Colombia fejn għex mal-komunità Karmelitana litteralment qalb il-foqra f’esperjenza mal-“komunitajiet tal-bażi” ispirati mit-Teoloġija tal-Liberazzjoni, imbagħad fil-Missjoni Karmelitana Maltija il-Bolivja. F’dawn l-eżerċizzji bit-tema “Ħniena rrid mhux Sagrifiċċju”, P. Albert Brincat jeħodna fl-esperjenza ħajja tal-Evanġelju kif għexha hu u rċeviha fl-għixien mal-foqra. Huwa […]
CONTINUE READING