Waslet il-festa tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Kif ħejjejna ruħna fi żmien l-Avvent b’diversi attivitajiet fosthom l-irtir tal-Avvent, il-wirja pros ton theon kif ukoll bil-laqgħat tal-Lectio Divina u t-taħriġ fil-Meditazzjoni Nisranija nistednukom tkomplu tieħdu sehem fid-diversi attivitajiet marbuta maż-żmien tal-Milied. Kif ilkoll tafu fil-Karmnu tal-Imdina mhux biss ikollna spazju għal attivitajiet reliġjużi u liturġiċi iżda […]
CONTINUE READING23 ta’ Diċembru 2014 L-Ikona ta’ San Ġwann il-Battista (Mal 3:1-4.23-24; S 24; Lq 1:57-66) L-ikona li tidher hawn fil-ġenb turi lil San Ġwann il-Battista. Fl-Orjent Nisrani il-Battista mhux biss huwa msejjaħ “il-Predeċessur tal-Mulej” iżda wkoll “l-Anġlu tad-Deżert”. Dawn iż-żewġ modi ta’ kif aħna l-Insara nirreferu għall-Battista jirrispondu l-mistoqsija tal-qraba u l-ġirien fl-Evanġelju tal-lum: “Mela […]
CONTINUE READINGSan Pawl illum ikellimna dwar il-misteru li kien moħbi minn dejjem u li ġie mgħarraf lilna fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu. Matul il-ġrajja tas-salvazzjoni l-profeti ħabbru dan il-misteru ta’ Alla li jikxef lilu nnifsu quddiem il-bniedem jew aħjar li juri li hu mal-bniedem, mhux ’il barra minnu. Fit-Tħabbira tal-Mulej, dan jintwera b’mod ċar għax il-Kelma ta’ […]
CONTINUE READINGIllum fil-Liturġija għandna kuntrast kbir: in-nuqqas ta’ fidi ta’ Aħaż u l-fidi sħiħa ta’ Marija. Il-Profezija li Isaija jagħti lil Aħaż dwar ix-xebba li tnissel u jkollha iben li jissejjaħ Għimmanu-El, Alla magħna, ġiet fiż-żmien tat-tensjoni politika bejn is-Saltna ta’ Ġuda u dik ta’ Iżrael, jiġifieri bejn is-sultan Aħaż u s-sultan Pekaħ. Dan tal-aħħar sar […]
CONTINUE READINGIl-Liturġija ta’ llum tirrakkuntalna l-ġrajja tat-tnissil u t-twelid ta’ Sansun, wieħed mill-Imħallfin li ħadem għall-ħelsien tal-poplu ta’ Alla mill-jasar u twasslilna wkoll il-ġrajja tat-tnissil ta’ Ġwanni l-Battista, li hu wkoll ħabbar il-ħelsien tal-poplu ta’ Alla bil-miġja tal-Messija. L-ismijiet tal-persuni nvoluti f’dawn il-ġrajja huma Sansun, Elkana, Anna, Żakkarija, Eliżabetta u Ġwanni. L-ismijiet fihom infushom jagħtuna l-messaġġ […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija llum insibu titli mportanti bħal Sid, Mulej, Sultan, li jingħataw lil Alla. Dawn it-titli nsibuhom fil-qari kollu tal-quddiesa kif ukoll fl-Antifona tal-Kantiku ta’ Marija li ssejjaħ lil Ġesù, Adonaj (Sid/Mulej). Dan it-titlu huwa wieħed mill-ismijiet li jingħata lil Alla fil-Ġudaiżmu biex ma jissemmiex l-Isem Qaddis ta’ Alla, rivelat lil Mosé fuq is-Sinaj, u li […]
CONTINUE READINGMil-lum il-Liturġija tal-Knisja tgħajjat lil Kristu b’ħerqa kbira biex ifittex jiġi. Il-Knisja tgħajjatlu permezz tas-7 Antifoni l-Kbar tal-Avvent li fihom Sidna Ġesù Kristu huwa msejjaħ 1. Sapientia – Għerf (17 ta’ Diċembru) 2. Adonaj – Sid (18 ta’ Diċembru) 3. Radix – Għerq (19 ta’ Diċembru) 4. Clavis – Muftieħ (20 ta’ Diċembru) 5. Oriens […]
CONTINUE READINGF’dan iż-żmien nisimgħu ħafna dwar it-tama ta’ stennija għal miġja ta’ Kristu il-Messija li jqiegħed kollox f’postu. Il-Profeta Sofonija llum jagħtina kriterju li bih nindunaw li fostna hawn il-preżenza tal-Messija taħdem is-salvazzjoni tagħna. Sofonija huwa l-Profeta li qatta bla ħabel jeħodha kontra l-poplu u l-mexxejja tiegħu li tbegħdu minn Alla. Huwa jikkundanna l-ħażen ta’ poplu […]
CONTINUE READINGMit-tielet Ħadd tal-Avvent, dan iż-żmien liturġiku jibdel it-tonalità. Minn żmien li fih nirriflettu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar taż-żmien, jinbidel fi żmien li fih inħejju ruħna għall-Milied. Il-vjola jinbidel f’roża u t-ton penitenzjali jinbidel f’wieħed ta’ ferħ li jasal fil-milja tiegħu dakinhar tal-Milied. Il-Profeziji wkoll minn kelmiet ta’ tama jinbidlu fi kliem ta’ ċertezza […]
CONTINUE READING13 ta’ Diċembru 2014 Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek (Sir 48:1-4.9-12; S 70; Mt 17:10-13) © Erin Fetterhoff Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna fuq il-Profeta Elija. Anzi, aktar milli l-Profeta Elija, aktar fuq kif kienu l-Lhud ta’ żmien Ġesù jistennew lil Elija jerġa’ jiġi. Kif naqraw fil-Ktieb ta’ Bin Sirak, Elija huwa mqabbel […]
CONTINUE READING