Mit-tielet Ħadd tal-Avvent, dan iż-żmien liturġiku jibdel it-tonalità. Minn żmien li fih nirriflettu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar taż-żmien, jinbidel fi żmien li fih inħejju ruħna għall-Milied. Il-vjola jinbidel f’roża u t-ton penitenzjali jinbidel f’wieħed ta’ ferħ li jasal fil-milja tiegħu dakinhar tal-Milied. Il-Profeziji wkoll minn kelmiet ta’ tama jinbidlu fi kliem ta’ ċertezza […]
CONTINUE READING13 ta’ Diċembru 2014 Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek (Sir 48:1-4.9-12; S 70; Mt 17:10-13) © Erin Fetterhoff Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna fuq il-Profeta Elija. Anzi, aktar milli l-Profeta Elija, aktar fuq kif kienu l-Lhud ta’ żmien Ġesù jistennew lil Elija jerġa’ jiġi. Kif naqraw fil-Ktieb ta’ Bin Sirak, Elija huwa mqabbel […]
CONTINUE READING11 ta’ Diċembru 2014 “Jiena l-Għajnuna Tiegħek” (Iż 41:13-20; S 145; Mt 11:11-15) Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja illum titlob lil Alla biex iqajjem fiha l-fidi, u dan permezz tad-don tal-qdusija. Għal darb’oħra, il-Profeta Iżaija, huwa u jkellem lill-poplu ta’ Iżrael fl-eżilju, juri min hu verament is-Sid tal-Istorja. Huwa Alla li jibdel id-deżert f’għadira ilma, li l-art […]
CONTINUE READINGALLA MA JEGĦJA QATT U MA JINKEDDX (Iż 40:25-31; S 103; Mt 11:28-30) Il-Profeta Iżaija fil-qari tal-lum ikellimna dwar Alla li “ma jegħja qatt, u ma jinkeddx.” F’din it-tieni parti tal-ktieb tiegħu (kap. 40-55), l-għan tal-Profeta huwa li jnissel it-tama fil-qalb tal-Iżraelin li kienu meħudin fl-eżilju tal-Babilonja. Il-poplu kien qata’ qalbu minn Alla, ma baqax […]
CONTINUE READINGIż-żmien tal-Avvent mhux biss ifakkarna li aħna Nsara li ninsabu fi proċess ta’ stennija – l-istennija għat-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù fl-aħħar taż-żminijiet – imma wkoll aħna Nsara li għandna dejjem iżjed nirrealizzaw li mingħajr Alla fil-ħajja tiegħu “il-bniedem huwa ħaxix, u sbuħitu bħal ward ir-raba’ […] il-ħaxix jinxef, u l-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum tkompli ddaħħalna fil-fond taż-żmien u l-missjoni messjanika ta’ Ġesù karatterizzati mill-fejqan u l-universalità tas-salvazzjoni. Din il-missjoni u dan iż-żmien ġie inawgurat bi Kristu u jkompli fil-komunità ta’ dawk li jemmnu fih. Isaija jgħidilna li l-Mulej huwa għalina għalliem li jħallina ngħaddu mill-iebes u mit-tiġrib. Hu jagħmilna mgħallma mit-triq tat-tiġrib, jisqina d-dmugħ u […]
CONTINUE READINGIs-sinjali taż-żmien messjaniku huma dawk marbutin mas-salvazzjoni u l-ħelsien. Meta Ġwanni l-Battista jibgħat lid-dixxipli jistaqsu lil Ġesù huwiex hu dak li kellu jiġi, Ġesù jibgħathom lura għand il-Prekursur jirrakkuntawlu x’qegħdin jaraw u jismgħu: il-ħelsien tal-imjassrin, il-fejqan taz-zopop, l-għomja, t-torox. Fis-sinagoga wkoll Ġesù jiftaħ il-ministeru pubbliku tiegħu bil-kliem ta’ Iżaija: L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani […]
CONTINUE READING“Fraħt meta qaluli se mmorru f’dar il-Mulej” Is-Salm responsorjali ta’ llum jitfgħana fuq nota ta’ ferħ u din in-nota hija l-muftieħ, biex ngħidu hekk, li bih nifhmu l-Kelma ta’ Alla għal-liturġija tal-ġurnata. L-Avvent huwa żmien paradossali għax hu ż-żmien ta’ mixja fl-istennija tal-Mulej li ġej. l-Avvent huwa ż-żmien ta’ żewġ mixjiet: il-mixja ta’ Alla lejna […]
CONTINUE READING“Neħtieġu nies bħal Benedittu ta’ Norcia li fi żmien ta’ telqa u dekadenza, intelaq bis-sħiħ fil-ħajja ta’ waħdu, fejn irnexxielu jibni Montecassino, il-Belt fuq muntanja li flimkien mal-ħafna tiġrif, ġabar flimkien is-saħħa li biha nbniet dinja ġdida. Hekk Benedittu, bħal Abram, sar missier ta’ ħafna popli”. Eċċellenza, Revdu Kapitlu, Madre Badessa u ħuti reliġjużi fl-Ordni […]
CONTINUE READINGL-Evangelju ta’ San Gwann huwa maghruf ghad-dettalji li jaghti dwar ic-cahda ta’ Gesù min-naha tal-Lhud. Mill-Kapitlu 7 ‘il quddiem lil Gesù narawh idur mal-Galilija u jevita li jmur fil-Lhudja minhabba li l-Lhud bdew ifittxu li joqtluh. “Lhud” fl-evangelju ma tfissirx il-Lhud kollha, izda dawk li ma laqghux lil Gesù u cahduh. Fl-evangelju fil-fatt insibu Lhud […]
CONTINUE READING