Diversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bix-xena ta’ Ġesù li jmur fid-deżert għal erbgħin jum, bħall-poplu Lhudi li dam erbgħin sena jterraq fih wara l-ħelsien mill-Eġittu, bħal Mosè li dam erbgħin jum fuq is-Sinaj qabel irċieva l-kamndamenti, bħal Elija li maħrub fid-deżert dam erbgħin jum sa ma wasal f’Ħoreb il-muntanja tal-Mulej. Huwa għalhekk xieraq li l-mixja […]
CONTINUE READINGFir-rakkont tas-sejħa ta’ Levi fl-Evanġelju skont San Mattew insibu żewġ verbi ta’ azzjoni mportanti ħafna: “bilqegħda” u “qam”. Levi kien publicanus jew τελώνης, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi. Lhudi mixtri miċ-censores, Uffiċċjali ta’ Ruma responsabbli mill-ġbir tat-taxxi. il-pubblikan kien jgħix billi jdabbar f’butu dak li jista’ mill-ġbir tat-taxxi li jmorru għall-Imperu Ruman. Għaldaqstant il-Lhud kienu […]
CONTINUE READINGF’din is-Sena tal-Ħniena, iż-żmien tar-Randan jieħu togħma speċjali għax ilkoll ngħarfu li aħna neħtieġu li nirċievu l-Ħniena ta’ Alla u din il-Ħniena li tagħtina l-fejqan u s-sħuħija tal-qalb tagħmilna strumenti li nwasslu l-Ħniena ta’ Alla lil ħutna l-bnedmin. Il-mudell tagħna huwa Kristu li huwa l-Ħniena ta’ Alla l-Missier għalina, din il-Ħniena li għaddiet mill-esperjenzi umani […]
CONTINUE READINGIċ-ċavetta li biha għandna niftħu l-bieb tas-sens tal-mixja tar-Randan hija l-ħbiberija. Aħna msejħin biex ngħixu ħbieb magħna nfusna, mal-oħrajn, ma’ Alla. San Pawl isejħilna għal dan l-isforz tal-ħbiberija. Il-Profeta Ġoel fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum isejjaħ lill-poplu lura għal dan għax sa issa kien qed jgħix ’il barra minn din il-ħbiberija, minkejja, li ritwalment kien […]
CONTINUE READINGAs a follow up to the Thomas Merton Seminar organised by The Carmelite Institute Malta in collaboration with the Society of Christian Doctrine commemorating Merton’s life and legacy as a major contemporary Christian writer and mystic, Carmelite Priory Mdina hosted a public lecture and discussion by Prof. Michael Zammit on learning how to renounce resentment.
CONTINUE READINGIx-xahar ta’ Novembru huwa wieħed interessanti u partikolari fil-Karmnu tal-Mdina. Kif ilkoll tafu matul dan ix-xahar niċċelebraw ix-Xirka tal-qaddisin u lill-għeżież mejtin tagħna. Il-Kannierja tal-Kunvent tagħmel l-esperjenza ta’ dan ix-xahar waħda sabiħa u meditattiva minħabba li din tgawdi devozzjoni kbira mill-popolazzjoni tal-lokal u minn diversi mxerrdin ma’ pajjiżna. Il-Kannierja, hija l-post tad-dfin għall-Patrijiet, Terzjarji u […]
CONTINUE READINGDuring this month we celebrate the communion of saints and commemorate the faithful departed. The Priory’s Charnel is still in use and it enjoys a significant dose of devotion from the locals who have their departed loved ones buried here. It is also the burial place of the Carmelite Friars, Secular Carmelites and lay people. […]
CONTINUE READINGAfter the August Summer recess we invite you to join us religious and lay Carmelites in living the spiritual Carmelite calling. At the Priory we do not only organize religious activities but also formative and cultural moments which enrich us. Therefore we encourage you to visit our website to be informed about the activities for […]
CONTINUE READINGWara l-pawsa tas-Sajf f’Awissu qed nipproponulkom u nistednukom tkomplu tieħdu sehem fil-ħajja tal-Kunvent flimkien magħna r-reliġjużi u l-lajċi li nispiraw irwieħna mis-sejħa spiritwali Karmelitana. Kif tafu dan nagħmluh mhux biss b’attivitajiet reliġjużi imma wkoll b’dawk formattivi u kulturali. Għaldaqstant inħeġġukom biex iżżuru s-sit elettroniku tagħna sabiex ikollkom ħjiel tal-attivitajiet maħsubin għal dan l-istaġun. Infakkrukom fl-appuntament […]
CONTINUE READING