Il-kelma tal-Mulej (v.11) m’hijiex kelma kwalunkwe. Meta tintuża għal Alla, “dabar” fl-Ebrajk tfisser “mezz li bih tiġi s-salvazzjoni”, enerġija divina li toħloq fil-qlub tal-bnedmin art għammiela biex tisseddaq u titqaddes fil-preżenza t’Alla nnifsu. Il-kelma “dabar” tintuża aktar minn 390 darba fit-Testment l-Antik biss, xhieda tal-insistenza min-naħa t’Alla li jixtieq li jwassal lill-bnedmin fil-port tas-salvazzjoni, fil-mistrieħ […]
CONTINUE READINGDiversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bix-xena ta’ Ġesù li jmur fid-deżert għal erbgħin jum, bħall-poplu Lhudi li dam erbgħin sena jterraq fih wara l-ħelsien mill-Eġittu, bħal Mosè li dam erbgħin jum fuq is-Sinaj qabel irċieva l-kamndamenti, bħal Elija li maħrub fid-deżert dam erbgħin jum sa ma wasal f’Ħoreb il-muntanja tal-Mulej. Huwa għalhekk xieraq li l-mixja […]
CONTINUE READINGFir-rakkont tas-sejħa ta’ Levi fl-Evanġelju skont San Mattew insibu żewġ verbi ta’ azzjoni mportanti ħafna: “bilqegħda” u “qam”. Levi kien publicanus jew τελώνης, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi. Lhudi mixtri miċ-censores, Uffiċċjali ta’ Ruma responsabbli mill-ġbir tat-taxxi. il-pubblikan kien jgħix billi jdabbar f’butu dak li jista’ mill-ġbir tat-taxxi li jmorru għall-Imperu Ruman. Għaldaqstant il-Lhud kienu […]
CONTINUE READINGIl-profeti kollha fil-Kotba Mqaddsa dejjem wissew lill-poplu li l-espressjonijiet tal-kult ma jfissru xejn u huma ritwali vojta, karnival jekk trid, jekk ma humiex imseħbin mal-ħajja tat-tjieba. Iżaija llum (Is 58:1-9) iqiegħed fuq fomm Alla l-ilment li l-poplu tiegħu imur quddiem Alla daqs li kieku hu gust, daqs li kieku kollox sejjer tajjeb! L-ewwel minn filgħodu […]
CONTINUE READINGF’din is-Sena tal-Ħniena, iż-żmien tar-Randan jieħu togħma speċjali għax ilkoll ngħarfu li aħna neħtieġu li nirċievu l-Ħniena ta’ Alla u din il-Ħniena li tagħtina l-fejqan u s-sħuħija tal-qalb tagħmilna strumenti li nwasslu l-Ħniena ta’ Alla lil ħutna l-bnedmin. Il-mudell tagħna huwa Kristu li huwa l-Ħniena ta’ Alla l-Missier għalina, din il-Ħniena li għaddiet mill-esperjenzi umani […]
CONTINUE READINGQuddiem persuni, ċirkustanzi, realtajiet li nsibu ruħna fihom dejjem insibu ruħna rridu niddeċiedu x’nagħmlu, dejjem hemm għażla u kull għażla ġġib magħha l-konsegwenzi. Jekk nirriflettu tajjeb u nħarsu lejn il-ġurnata tagħna nindunaw li kull ħin aħna ngħażlu ħaġa jew oħra, niddeċiedu ħaġa jew oħra u nġorru l-konsegwenzi sbieħ jew inqas sbieħ tal-għażla li nkunu għamilna. […]
CONTINUE READINGIċ-ċavetta li biha għandna niftħu l-bieb tas-sens tal-mixja tar-Randan hija l-ħbiberija. Aħna msejħin biex ngħixu ħbieb magħna nfusna, mal-oħrajn, ma’ Alla. San Pawl isejħilna għal dan l-isforz tal-ħbiberija. Il-Profeta Ġoel fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum isejjaħ lill-poplu lura għal dan għax sa issa kien qed jgħix ’il barra minn din il-ħbiberija, minkejja, li ritwalment kien […]
CONTINUE READINGMissier, agħti glorja lil ismek! (Ġer 31:31-34; S 50; Lhud 5:7-9; Ġw 12:20-33) Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jinsab f’Ġerusalemm jitkellem dwar “liema mewta kien sejjer imut”. Permezz ta’ dan l-aħħar Ħadd tar-Randan, wara li l-Knisja stednitna nħejju lilna nfusna biex nerġgħu nduru lejn Alla – il-konverżjoni – issa tistedinna ndawru ħarsitna aktar fuq il-persuna ta’ Ġesù, […]
CONTINUE READINGDin il-Ġimgħa bdejna nimxu ma’ Ġesù fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. San Ġwann fil-kapitlu 7, jagħtina b’dettall mhux biss il-mixja fiżika ta’ Ġesù minn post għal ieħor imma wkoll il-mixja interjuri tiegħu. Quddiem il-prospettiva tal-mewt, Ġesù l-ewwel jaħrab u jinħeba. Mil-Lhudija jitla’ l-Galilija. Imma mbagħad f’daqqa waħda jerġa’ lura proprju fil-qalba u jidħol Ġerusalemm fit-tempju. Hemmhekk […]
CONTINUE READING