Meta Thérèse ta’ Lisieux kienet qrib l-aħħar ta’ ħajjitha stqarret ma’ ħutha s-sorijiet, li f’għajnejhom hi kienet ixxurtjata għax se tidher quddiem Alla b’idejha mimlija bil-virtù, li s-sema tielgħa b’idejha vojta u mimlija fiduċja li se tirċievi kollox mingħand Alla. Fl-Evanġelju ta’ llum Ġesù jqegħdilna lill-pubblikan bħala mudell tal-ħajja tal-fidi. L-atteġġjament tiegħu, l-għarfien tiegħu innifsu […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq. Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ […]
CONTINUE READINGIl-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu […]
CONTINUE READINGHoly Week and the Easter Season are at the doorstep. Spring brings a sense of new life. Alongside the seasonal natural cycle we relive in faith our new life in Christ through the ritual celebration of the mystery of Jesus Passion, Death and Resurrection. The celebrations andevents at the Priory want to enable us to […]
CONTINUE READING“Mur inħasel fil-Ġordan” (2 Slat. 5:1-15a; S 41; Lq 4:24-30) Nagħman kien il-kmandant tal-eżerċtu tar-Re Aram tas-Sirja li fi żmien ir-Re Aħab ta’ Iżrael, kien iġġieled u rebaħ lis-Sirja kontra Iżrael. F’għajnejn kulħadd dan Nagħman kien “suldat qalbieni”, “kien kbir quddiem sidu” u r-Re “kien iġibu ħafna”. Iżda r-raġel kien lebbruż, li kienet marda terribli […]
CONTINUE READINGFil-Kelma ta’ Alla għall-quddiesa ta’ llum għandna miġbura flimkien il-Liġi u l-Qima, il-Kmandamenti u t-Tempju. Dawn it-tnejn il-Kelma ta’ Alla kemm fit-Testment il-Qadim u kemm fil-Ġdid huma marbutin flimkien, ħaġa waħda. Il-Kmandamenti huma l-programm ta’ ħajja li Alla fassal għall-poplu tiegħu wara li ħareġ mill-jasar tal-Eġittu. Il-jasar fl-Eġittu ma kienx biss wieħed materjali u politiku […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READINGHemm xebħ bejn l-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum u l-Evanġelju. Fil-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, il-Ktieb tal-Ġenesi jgħidilna li Ġakobb, Iżrael, kien iħobb lil Ġużeppi aktar mill-ulied l-oħra li kellu minħabba li dan twelidlu fi xjuħitu. Kienet din l-imħabba li qanqlet l-għira ta’ ħut Ġużeppi għal dan ħuhom iż-żgħir, li wasslithom biex tefgħuh ġo […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum fil-quddiesa teħodna għall-għerq tad-dnub tagħna u tan-nuqqas ta’ kuntentizza ġewwinija. Dawn jinsabu fl-idolatrija. L-idolatrija hija meta jiena nqis dak li mhux Alla, daqs li kieku kien. Il-ġlieda l-kbira tal-Bibbja hija proprju kontra l-idolatrija. Fir-Rabta l-Qadima din il-ġlieda tidher fl-isforz u s-sabar ta’ Alla li gradwalment jeduka l-poplu tiegħu iqim, fil-ħajja u […]
CONTINUE READINGJekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READING