F’dan it-tieni Ħadd tar-Randan il-Kelma ta’ Alla tiffukana fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu bħala l-qalba tal-fidi tagħna. Ġesù huwa u għandu jkun il-fus li fuqu ddur il-fidi tagħna, is-sies li fuqu nibnu l-ħajja tagħna. Huwa il-bidu u t-tmiem ta’ dak kollu li nemmnu fih. Lil dawk li huma tiegħu Ġesù jħabbrilhom li “ma jmutux qabel […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn is-sejħa tagħna bħala Poplu ta’ Alla u bħala dixxipli ta’ Ġesù. Aħna lkoll għandna sejħa waħda: dik tal-qdusija jew kif iqegħdha tajjeb Ġesù li nkunu perfetti bħalma hu perfett il-Missier tagħna tas-Sema. Dan il-kmand Ġesù iġibu mill-Ktieb tad-Dewteronomju, jiġifieri l-Ktieb tat-Tieni Liġi. L-għeruq ta’ dan il-ktieb imorru lura għal […]
CONTINUE READINGIl-liturġija llum tgħinna nirriflettu dwar il-ħtieġa tad-deċiżjoni ħielsa fil-mixja tagħna tal-fidi. Alla permezz tal-Profeta Eżekjel jgħin lill-poplu tiegħu jirrifletti dwar id-deċiżjoni ħielsa li anke Alla jirrispetta. Il-kuntest tal-messaġġ ta’ Alla huwa t-tgergir li skontu Alla ma kienx qed jimxi sewwa mal-poplu tiegħu. Alla permezz tal-profeta juri li hu jirrispetta d-deċiżjoni li kull persuna tieħu għaliha. […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tal-liturġija ta’ llum iddawrilna ħarsitna fuq il-misteru tat-talb. L-ewwel qari jagħtina t-talba ta’ Ester, bint il-poplu ta’ Alla li s-sultan Assweru għolliha minn konkubina għal sultana. Fil-periklu li Assweru b’digriet jeqred għal kollox minn wiċċ l-art il-poplu ta’ Alla, Mordekaj li rabba lil Ester bħal bintu fil-biża’ ta’ Alla, jitlobha bil-moħbi tidħol għall-poplu ta’ […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum terġa’ taqbad it-tema tal-konverżjoni, din id-darba bil-figura ta’ Ġona li fl-ewwel qari iħabbar il-konverżjoni bit-tehdid tal-qerda tal-belt ta’ Niniveh jekk din ma tibdilx ħajjitha, d-drawwiet tagħha. Ġona joħroġ fil-pjazez ixandar il-konverżjoni u għal din il-kelma tiegħu il-belt, mis-sultan sal-iżgħar tifel u tifla, ħaduh bis-serjetà u ċċaqalqu minn fejn kienu, biddlu ħajjithom… […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Kelma għall-quddiesa ta’ llum tidher ħafna drabi il-kelma “sawm”. Nistgħu ngħidu li fil-fatt il-Knisja llum fl-għażla tal-qari tixtieq iddawwalna fuq is-sawm bħala aspett mhux biss tar-Randan imma tal-għixien tal-ħajja nisranija. L-ewwel qari meħud mill-kapitlu 58 tal-Profeta Iżaija versi 1 sa 9, jibda’ bix-xewqa tal-poplu għal Alla: “minn jum għal ieħor ifittxuni u jixtiequ jkunu […]
CONTINUE READINGAnother important liturgical cycle is approaching: the Season of Lent marking the start of an intensive preparation for the Paschal Mystery of Christ. During Lent we are encouraged to take more seriously our Christian duties of prayer, simple and sober lifestyle, and growth in Charity through being more attentive to others in their needs. Although […]
CONTINUE READING“Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” (Iż 63:19). Dan il-kliem ta’ Iżaija juri x-xewqa mħeġġa tal-profeta għall-miġja ta’ Alla fostna biex iqiegħed kollox f’postu għax hu “iħabrek għal min jittama fih” (Iż 64:3). L-Avvent huwa ż-żmien li fih aħna neżaminaw lilna nfusna fuq ix-xewqa ta’ Alla. Nistaqsu fil-fond ta’ qalbna: nixtequh lil […]
CONTINUE READINGF’dan l-aħħar jum tas-sena liturġika tal-Knisja il-qari tal-quddiesa jdaħħalna fl-ispirtu tal-Mulej li ġej fl-aħħar taż-żmien u jistedinna noqgħodu attenti: għassa għall-miġja tiegħu. Fis-Salm ilkoll tennejna “Ejja Mulej Ġesù” u fl-Evanġelju l-Mulej jinsisti magħna kemm hu mportanti li nkunu dejjem attenti. L-attenzjoni hija virtu’ umana u nisranija. Fil-ħajja ta’ kuljum tgħallimna ngħixu l-mument, tgħallimna l-galbu, ngħammru […]
CONTINUE READING