“Hawn jien, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek … ħa jsir minni skont kelmtek”. Fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, jingħaqdu flimkien l-iva tas-sema mal-iva tal-art. Fis-sema, fl-eternità, l-Iben ta’ Alla, fil-Kunsill tat-Trinità, li fih jinħema l-pjan ta’ salvazzjoni għalina u għall-fidwa tagħna, juri r-rieda u d-disponibilità tiegħu li jidħol fir-rieda tal-Missier u kif tgħallimna l-ittra lil-Lhud, li llum tinqara […]
CONTINUE READINGFil-kalendarju liturġiku Karmelitan illum niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġlu Gabrijel. Din il-Festa li daħlet fil-Kalendarju Ruman fl-1921, bir-Riforma konċiljari ġiet trasferita għal nhar San Mikiel, fid-29 ta’ Settembru sabiex l-Arkanġli Mikiel, Rafel u Gabrijel jiġu ċċelebrati flimkien. Fil-Karmnu tal-Mdina niċċelebraw xorta lil San Gabrijel fil-jum proprju tiegħu, lejliet it-Tħabbira tal-Mulej fil-25 ta’ Marzu. Gabrijel huwa wieħed mill-Arkanġli […]
CONTINUE READINGGospel John 4:5-42 Jesus came to the Samaritan town called Sychar, near the land that Jacob gave to his son Joseph. Jacob’s well is there and Jesus, tired by the journey, sat straight down by the well. It was about the sixth hour. When a Samaritan woman came to draw water, Jesus said to her, […]
CONTINUE READINGMeta ahna qrib Alla, nibdew inhossuna xi ftit jew wisq skomdi f’dak li hu tad-dinja ghax ikollna perspettiva differenti mill-bqija tal-bnedmin. Il-Kelma ta’ Alla llum taghtina zewg ezempji. L-ewwel wiehed hu l-Profeta Mikea li beda jara dak li haddiehor ma kienx qed jara, jigifieri li Gerusalemm miexja lejn il-qerda taghha. Dan il-profeta kien qed jarah […]
CONTINUE READINGWieħed mis-simboli li tuża l-Bibbja biex tkellimna dwar il-poplu ta’ Alla hija l-għalqa jew il-ġnien. L-Evanġelju ta’ llum ikellimna dwar dan ir-raġel li kellu għalqa u fiha ħawwel id-dwieli, ħa ħsiebhom u qabbad ħaddiema li jeħdulu ħsieb biex din l-għalqa tagħti l-frott. Imma meta mar biex jiġbor il-frott dan ma ngħatalux. Id-dielja u l-għalqa huma […]
CONTINUE READINGIl-kelma ta’ Alla llum tkellimna fuq il-kuragg li nitolbu mahfra. Din il-kapacità tinbena fuq l-gharfien li jiena nqast u ghamilt dak li hu hazin, wara l-gharfien l-istqarrija ta’ l-imgieba hazina u mbaghad it-talba tal-mahfra li tohrog mill-indiema, jew dispjacir ghal dak li ghamilt ghax naghraf li b’dak li ghamilt ghazilt il-hazin fuq is-sewwa u nqast […]
CONTINUE READING“Illum il-Mulej Alla tiegħek jamarlek li tqiegħed fil-prattika il-liġijiet u tosservahom b’qalbek kollha u b’ruħek kollha”. Dan il-kmand ta’ Alla fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum meħud mid-Dewteronomju, jiġifieri il-Ktieb tat-Tieni Liġi (wara l-Kmandamenti) ifakkarna fil-qalba tal-liġi ta’ Alla, li Ġesu’ nnifsu jfakkarna fiha fl-Evanġelju: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek, b’qalbek kollha b’ruħek kollha u b’moħħok kollu […]
CONTINUE READINGJumejn ilu l-Kelma ta’ Alla fil-quddiesa stednitna nitolbu ta’ wlied Alla li aħna u wrietna li aħna nirrelataw ma’ Alla f’familjarità intima li ġejja mill-fatt li Ibnu l-Waħdieni sar bniedem bħalna, ħuna f’kollok, hekk li aħna, fih, bih, u miegħu sirna wlied Alla, tant li nazzardaw insejħulu abba – papà. Illum il-Kelma ta’ Alla tistedinna nagħmlu […]
CONTINUE READINGIl-figura ta’ Ġona li joħroġ fit-toroq tal-belt il-kbira Ninive, kapitali tal-Assirja, tfakkarni dejjem fil-figura ta’ barbone jew clochard fiċ-ċentru ta’ Ruma li spiss kont naħbat miegħu fit-triq meta kont qed nistudja f’din il-belt. Dan Paolo, għax hekk kien jismu – jew talanqas hekk kien jgħid li jismu – dejjem jiġri bil-Bibbja f’idu, u xi waqtiet […]
CONTINUE READINGIl-kelma ta’ Alla llum, mogħtija lilna fil-Liturġija tal-Knisja nistgħu niġbruha f’kelma waħda: KOMPASSJONI. Il-kompassjoni hija l-kapaċita’ li nħossu għal dak li jkun u għalhekk nitqanqlu biex nagħtu l-għajnuna. Meta ngħidu nħossu, ma nkunux qegħdin nifhmu biss emozzjoni, imma nkunu qed inżidu magħha x-xewqa għal ħajja aħjar li fiha tgħammar il-ġustizzja. Kull reliġjon tgħallem il-valur kbir […]
CONTINUE READING