“Mur inħasel fil-Ġordan” (2 Slat. 5:1-15a; S 41; Lq 4:24-30) Nagħman kien il-kmandant tal-eżerċtu tar-Re Aram tas-Sirja li fi żmien ir-Re Aħab ta’ Iżrael, kien iġġieled u rebaħ lis-Sirja kontra Iżrael. F’għajnejn kulħadd dan Nagħman kien “suldat qalbieni”, “kien kbir quddiem sidu” u r-Re “kien iġibu ħafna”. Iżda r-raġel kien lebbruż, li kienet marda terribli […]
CONTINUE READINGWaslu l-jiem li fihom niċċelebraw l-Għid tal-Mulej. Ir-Rebbiegħa ġġib magħha sens ta’ ħajja ġdida u dak li ngħixu fiċ-ċiklu naturali tal-ħolqien ngħixuh u niċċelebrawh ukoll ritwalment fil-ħajja tal-fidi tagħna bi mpenn li nagħtu pass ieħor ’il quddiem fil-ħajja ġdida ma’ Kristu. Fil-15 ta’ Marzu niċċelebraw ir-Rebbiegħa u l-ħajja ġdida b’wirja tan-naħal fil-kunvent. Dan iż-żmien iġib […]
CONTINUE READINGFil-Kelma ta’ Alla għall-quddiesa ta’ llum għandna miġbura flimkien il-Liġi u l-Qima, il-Kmandamenti u t-Tempju. Dawn it-tnejn il-Kelma ta’ Alla kemm fit-Testment il-Qadim u kemm fil-Ġdid huma marbutin flimkien, ħaġa waħda. Il-Kmandamenti huma l-programm ta’ ħajja li Alla fassal għall-poplu tiegħu wara li ħareġ mill-jasar tal-Eġittu. Il-jasar fl-Eġittu ma kienx biss wieħed materjali u politiku […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum fil-quddiesa teħodna għall-għerq tad-dnub tagħna u tan-nuqqas ta’ kuntentizza ġewwinija. Dawn jinsabu fl-idolatrija. L-idolatrija hija meta jiena nqis dak li mhux Alla, daqs li kieku kien. Il-ġlieda l-kbira tal-Bibbja hija proprju kontra l-idolatrija. Fir-Rabta l-Qadima din il-ġlieda tidher fl-isforz u s-sabar ta’ Alla li gradwalment jeduka l-poplu tiegħu iqim, fil-ħajja u […]
CONTINUE READINGJekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READING“Aħfru u ssibu l-maħfra” (Dan 9:4b-10; S 78; Lq 6:36-38) L-ewwel qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Danjel, jeħodna lura għaż-żmien li fih il-poplu Lhudi kien jinsab fl-eżilju fil-Babilonja. Ninsabu xi mkien bejn is-sena 536 u 529 q.K. waqt ir-renju tar-Re Ċiru. Jidher li l-poplu kien irnexxielu jżomm moħbi f’ġarra tal-fuħħar skroll bil-kitba tal-Profeta Ġeremija, fi […]
CONTINUE READINGF’dan it-tieni Ħadd tar-Randan il-Kelma ta’ Alla tiffukana fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu bħala l-qalba tal-fidi tagħna. Ġesù huwa u għandu jkun il-fus li fuqu ddur il-fidi tagħna, is-sies li fuqu nibnu l-ħajja tagħna. Huwa il-bidu u t-tmiem ta’ dak kollu li nemmnu fih. Lil dawk li huma tiegħu Ġesù jħabbrilhom li “ma jmutux qabel […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn is-sejħa tagħna bħala Poplu ta’ Alla u bħala dixxipli ta’ Ġesù. Aħna lkoll għandna sejħa waħda: dik tal-qdusija jew kif iqegħdha tajjeb Ġesù li nkunu perfetti bħalma hu perfett il-Missier tagħna tas-Sema. Dan il-kmand Ġesù iġibu mill-Ktieb tad-Dewteronomju, jiġifieri l-Ktieb tat-Tieni Liġi. L-għeruq ta’ dan il-ktieb imorru lura għal […]
CONTINUE READINGIl-liturġija llum tgħinna nirriflettu dwar il-ħtieġa tad-deċiżjoni ħielsa fil-mixja tagħna tal-fidi. Alla permezz tal-Profeta Eżekjel jgħin lill-poplu tiegħu jirrifletti dwar id-deċiżjoni ħielsa li anke Alla jirrispetta. Il-kuntest tal-messaġġ ta’ Alla huwa t-tgergir li skontu Alla ma kienx qed jimxi sewwa mal-poplu tiegħu. Alla permezz tal-profeta juri li hu jirrispetta d-deċiżjoni li kull persuna tieħu għaliha. […]
CONTINUE READING