“Aħfru u ssibu l-maħfra” (Dan 9:4b-10; S 78; Lq 6:36-38) L-ewwel qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Danjel, jeħodna lura għaż-żmien li fih il-poplu Lhudi kien jinsab fl-eżilju fil-Babilonja. Ninsabu xi mkien bejn is-sena 536 u 529 q.K. waqt ir-renju tar-Re Ċiru. Jidher li l-poplu kien irnexxielu jżomm moħbi f’ġarra tal-fuħħar skroll bil-kitba tal-Profeta Ġeremija, fi […]
CONTINUE READINGF’dan it-tieni Ħadd tar-Randan il-Kelma ta’ Alla tiffukana fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu bħala l-qalba tal-fidi tagħna. Ġesù huwa u għandu jkun il-fus li fuqu ddur il-fidi tagħna, is-sies li fuqu nibnu l-ħajja tagħna. Huwa il-bidu u t-tmiem ta’ dak kollu li nemmnu fih. Lil dawk li huma tiegħu Ġesù jħabbrilhom li “ma jmutux qabel […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn is-sejħa tagħna bħala Poplu ta’ Alla u bħala dixxipli ta’ Ġesù. Aħna lkoll għandna sejħa waħda: dik tal-qdusija jew kif iqegħdha tajjeb Ġesù li nkunu perfetti bħalma hu perfett il-Missier tagħna tas-Sema. Dan il-kmand Ġesù iġibu mill-Ktieb tad-Dewteronomju, jiġifieri l-Ktieb tat-Tieni Liġi. L-għeruq ta’ dan il-ktieb imorru lura għal […]
CONTINUE READINGIl-liturġija llum tgħinna nirriflettu dwar il-ħtieġa tad-deċiżjoni ħielsa fil-mixja tagħna tal-fidi. Alla permezz tal-Profeta Eżekjel jgħin lill-poplu tiegħu jirrifletti dwar id-deċiżjoni ħielsa li anke Alla jirrispetta. Il-kuntest tal-messaġġ ta’ Alla huwa t-tgergir li skontu Alla ma kienx qed jimxi sewwa mal-poplu tiegħu. Alla permezz tal-profeta juri li hu jirrispetta d-deċiżjoni li kull persuna tieħu għaliha. […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tal-liturġija ta’ llum iddawrilna ħarsitna fuq il-misteru tat-talb. L-ewwel qari jagħtina t-talba ta’ Ester, bint il-poplu ta’ Alla li s-sultan Assweru għolliha minn konkubina għal sultana. Fil-periklu li Assweru b’digriet jeqred għal kollox minn wiċċ l-art il-poplu ta’ Alla, Mordekaj li rabba lil Ester bħal bintu fil-biża’ ta’ Alla, jitlobha bil-moħbi tidħol għall-poplu ta’ […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum terġa’ taqbad it-tema tal-konverżjoni, din id-darba bil-figura ta’ Ġona li fl-ewwel qari iħabbar il-konverżjoni bit-tehdid tal-qerda tal-belt ta’ Niniveh jekk din ma tibdilx ħajjitha, d-drawwiet tagħha. Ġona joħroġ fil-pjazez ixandar il-konverżjoni u għal din il-kelma tiegħu il-belt, mis-sultan sal-iżgħar tifel u tifla, ħaduh bis-serjetà u ċċaqalqu minn fejn kienu, biddlu ħajjithom… […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien intensiv fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesu’ bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGReġa’ qorob ċiklu ieħor liturġiku importanti: Ir-Randan. Dan huwa żmien li jimmarka l-bidu ta’ tħejjija preparazzjoni intensiva għall- Misteru tal-Għid ta’ Ġesù Kristu. Fir-Randan aħna mħeġġin biex nieħdu aktar bis-serjetà d-dmirijiet tagħna ta’ Nsara fl-għixien tal-ħajja ta ‘ talb, u fi stil ta’ ħajja sempliċi, u fil-maturazzjoni tal-Imħabba permezz ta’ iktar attenzjoni għall-oħrajn fil-ħtiġijiet tagħhom. […]
CONTINUE READINGAnother important liturgical cycle is approaching: the Season of Lent marking the start of an intensive preparation for the Paschal Mystery of Christ. During Lent we are encouraged to take more seriously our Christian duties of prayer, simple and sober lifestyle, and growth in Charity through being more attentive to others in their needs. Although […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Knisja hemm Uffiċċju partikolari li jissejjaħ: l-Uffiċċju tal-Qari, li huwa maħsub għas-sigħat tal-lejl qabel ma’ jibda’ jbexbex il-jum, tant li dari kien jitqassam f’notturni. Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, in-Notturni kienu jiċċelebraw il-misteru tad-dieqa tal-mewt li ħass Sidna Ġesu’ Kristu u għalhekk jissejjaħ l-Uffiċċju tat-Tniebri. Għat-tieni sena il-Karmnu fl-Imdina qed noffru l-opportunita’ li niċċelebraw l-Uffiċċju tat-Tniebri […]
CONTINUE READING